Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Tariffi u l-Pagament tagħhom

 



L-istruttura tat-tariffi tista’ ssibha fit-taqsima tariffi u pagamenti tas-sit web. F’din il-paġna hemm ukoll kalkolatur tat-tariffi għalik biex tikkalkola total skont in-numru ta’ disinji u jekk titlobx differiment.

Għal aktar informazzjoni dwar it-tariffi u l-pagamenti ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Taqsima 3, Ħlasijiet ta’ Tariffi, Spejjeż u Ħlasijiet.

Tista’ tħallas it-tariffi ta’ disinn Komunitarju rreġistrat permezz ta’ trasferimenti bankarji jew kontijiet kurrenti. Barra minn hekk, tista’ tħallas permezz ta’ karta ta’ kreditu jew karta ta’ debitu jekk tapplika online.

Aktar tagħrif dwar tariffi u ħlasijiet.

It-tariffi ta’ pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni għandhom jitħallsu fl-istess ħin; meta tippreżenta l-applikazzjoni.
Jekk tagħmel talba għal differiment, it-tariffa ta’ differiment tieħu post it-tariffa ta’ pubblikazzjoni. Inti trid tħallas din it-tariffa fl-aħħar tal-perjodu ta’ differiment. Jekk id-detentur jitlob il-pubblikazzjoni aktar qabel, din trid titħallas qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu.

L-EUIPO mhux se joħroġ talba għal ħlas. Jekk hija meħtieġa rċevuta tal-ħlas, itlobha permezz ta’ email fuq information@euipo.europa.eu.

Jekk tingħata data ta’ preżentazzjoni, it-tariffi ma jiġux rimborżati, ħlief fejn l-ammont ta’ tariffi mħallsa mill-applikant ma jkunx biżżejjed biex ikopri t-tariffi għar-reġistrazzjoni u għall-pubblikazzjoni (jew differiment, skont il-każ) għad-disinn, jew għal mill-inqas disinn wieħed f’applikazzjoni multipla.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 18-07-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja