logo ta' Fast Track

Ippubblika t-trademark tiegħek aktar malajr

Permezz tal-Fast Track tal-EUIPO għat-trademarks tista' tippubblika t-trademark tiegħek f'nofs il-ħin jew inqas.

Huwa wkoll aktar sigur u previst meta tasal għall-eżaminazzjoni. Permezz ta' Fast Track tista' tevita nuqqasijiet ta' klassifikazzjoni minħabba li tkun qed tagħżel il-prodotti u s-servizzi tiegħek mill- Bażi ta' Data Armonizzata, li tinkludi termini li huma awtomatikament aċċettati minn kull Uffiċċju tal-UE IP nazzjonali u reġjonali.





logo ta' Fast Track

3 ġimgħat *
biss
żmien medju biex tippubblika marka Fast Track
* Din iċ-ċifra hija aġġornata bl-aħħar informazzjoni mill-Karta tas-Servizzi tagħna.
Sir af aktar dwar kif infasslu l-istandards tagħna




iktar minn
30% *
tal-applikazzjonjiet u qed jiżdiedu
* Perċentwal tal-applikazzjonijiet ippreżentati online.
L-aħħar aġġornament: Lulju 2016

logo ta' Fast Track

Għaliex tmur għal Fast Track: Aċċettazzjoni tat-termini garantita Icon ta' garanzija

Esperti ta' klassifikazzjoni minn kull Uffiċċju tal-UE IP nazzjonali ċċekkjaw kull terminu fl-HDB, il-bażi ta' data tagħna ta' Fast Track tal-prodotti u servizzi.

Dan ifisser li jekk tuża t-terminu mis-selettur tal-prodotti u servizzi tagħna fl-applikazzjoni tiegħek, m'hemmx riskju ta' oġġezzjonijiet ta' klassifikazzjoni għall-applikazzjoni tat-trademark tal-UE jew trademark nazzjonali tiegħek. L-applikazzjoni tiegħek imbagħad issegwi passaġġ aktar dirett lejn ir-reġistrazzjoni.


logo ta' Fast Track
logo ta' Fast Track

Kif nista' nagħmel l-applikazzjoni tiegħi Fast Track?

Hemm żewġ kundizzjonijiet ewlenin biex l-applikazzjoni tiegħek tkun tista' tiġi trattata bħala Fast Track:

logo ta' Fast Track

Trid tagħżel il-prodotti u servizzi li ser tapplika għalihom it-trademark tiegħek mill- Bażi ta' Data tal-HDB.

logo ta' Fast Track

Trid tħallas minn qabel: L-eżaminaturi tagħna jistgħu jibdew jeżaminaw l-applikazzjoni biss ladarba jkun sar il-ħlas.

Jekk isir ħlas fil-pront u dejjem jekk ma jkunx hemm nuqqasijiet fil-mument tal-preżentata u matul l-eżaminazzoni tal-fajl, l-applikazzjoni tiegħek sejra tiġi pproċessata permezz tal-Fast Track.



Kif inkun naf li l-applikazzjoni tiegħi hija Fast Track?

Il-Formola avvanzata tfasslet b'tali mod li twissik meta l-applikazzjoni tiegħek ma tissodisfax xi kundizzjonijiet tal-Fast Track. Imbagħad tkun tista' tiddeċiedi jekk tagħmilx korrezzjonijiet jew sempliċement tipproċedi bħala applikazzjoni regolari, li tista' ddum id-doppju biex tiġi ppubblikata.

Fi tmien il-proċess tal-preżentata u eżatt qabel il-pass tal-ħlas, se tara messaġġ li jikkonferma li jew il-fajl tiegħek huwa konformi ma' Fast Track jew inkella jgħidlek x'azzjonijiet trid tieħu.



 
logo ta' Fast Track

Fast Track ok

logo ta' Fast Track

Fast Track mhux ok

 

Lest għall-Fast Track?

Sir af dwar il-benefiċċju li tagħżel il-Fast Track tal-EUIPO:

  • Pubblikazzjoni aktar mgħaġġla

  • Inqas nuqqasijiet

  • It-termini tal-prodotti u servizzi aċċettati fl-Istati Membri tal-UE kollha.

  • Użata bħala bażi għal reġistrazzjonijiet internazzjonali




Agħmel it-trademark tiegħek Fast Track issa

* Fast Track: Il-kundizzjonijiet kollha




Lura għall-bidu