Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Fittex Disponibbiltà

 


Mod wieħed kif tivverifika jekk it-trademark jew id-disinn tiegħek ġiex irreġistrat diġà huwa billi tikkonsulta l-għodod online tat-tiftix mingħajr ħlas tal-Uffiċċju: TMview, DesignView u/jew eSearch plus.

L-EUIPO joffri rapport dwar is-similarità li jikkompila lista ta’ trademarks li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tiegħek. Trademarks preċedenti jistgħu jkunu ta’ theddida għall-applikazzjoni tiegħek. Il-lista tqis kemm l-ismijiet tat-trademarks kif ukoll il-prodotti u s-servizzi li tkun saret applikazzjoni għalihom.
Jekk jogħġbok innota li din il-lista mhijiex eżawrjenti. It-trademark tiegħek tista’ tiġi kkontestata anke jekk ma jkun ingħata l-ebda riżultat.
Barra minn hekk, il-bażijiet tad-data online tal-EUIPO, eSearch plus u TMview,, jippermettu lill-utenti jfittxu għad-disponibbiltà u t-tnejn huma disponibbli għall-utenti kollha mingħajr ħlas.

Iva, jekk l-applikant talab dan fil-formola ta’ applikazzjoni avvanzata. Għal kull applikazzjoni għal trademark tal-UE u reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-UE, l-Uffiċċju mbagħad ifassal rapport ta’ tiftix tal-Unjoni Ewropea matul il-proċedura ta’ eżaminazzjoni. Dan ir-rapport jindika trademarks tal-UE identiċi jew simili preċedenti u applikazzjonijiet għal trademarks tal-UE u reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw lill-UE għal klassijiet ta’ prodotti u servizzi identiċi u simili. It-tiftix jinkludi marki preċedenti b’oġġetti u servizzi li jagħmlu parti mill-istess klassi, kif ukoll minn klassijiet kunfliġġenti li tipikament jinkludu prodotti u servizzi simili.
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta t-taqsima tagħna tal-proċess ta’ reġistrazzjoni.

Le, l-EUIPO ma jagħmilx tiftix fuq talba individwali. Kumpaniji privati, bl-ebda rabta kummerċjali mal-EUIPO jagħmlu dan.
Barra minn hekk, l-utenti kollha għandhom disponibbli kemm eSearch plus, il-bażi tad-data online tal-EUIPO, kif ukoll DesignView biex jagħmlu t-tiftix tagħhom mingħajr ħlas.
Għal aktar informazzjoni dwar il-bażijiet tad-data u l-għodod tal-EUIPO, jekk jogħġbok żur it-taqsima Bażijiet tad-data fuq is-sit web tagħna.
Aktar informazzjoni dwar il-proċess ta’ reġistrazzjoni tal-RCD.

Fir-rigward tal-marki figurattivi, il-marki tridimensjonali jew l-elementi figurattivi fil-marki li fihom kemm elementi grafiċi kif ukoll ittri u/jew numri, it-tiftix isir fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni internazzjonali stabbilita mill-Ftehim ta’ Vjenna dwar il-klassifikazzjoni tal-elementi figurattivi tal-marki. (Ikkonsulta l-manwal dwar il-Klassifikazzjoni ta’ Vjenna tal-EUIPO għal aktar dettalji). L-EUIPO juża verżjoni modifikata tal-Klassifikazzjoni ta’ Vjenna tal-elementi figurattivi, adattata għall-bżonnijiet speċifiċi tagħna sabiex jitwettaq tiftix effiċjenti.

Aktar informazzjoni dwar it-tariffi li għandhom jitħallsu direttament lill-EUIPO.

Ir-rapporti ta’ tiftix tal-UE huma inklużi fit-tariffa tal-applikazzjoni. Ir-rapporti ta’ tiftix nazzjonali huma fakultattivi. It-tnejn iridu jintalbu mill-applikant waqt il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal trademark tal-UE jew, għal reġistrazzjonijiet internazzjonali (IRs) li jinnominaw lill-UE, fi żmien xahar wara t-trażmissjoni tal-fajl mill-WIPO lill-EUIPO. It-tariffa għal rapporti ta’ tiftix Nazzjonali hija ta’ EUR 12 għal kull uffiċċju parteċipant.
Sitt uffiċċji nazzjonali ilhom mill-1 ta’ Jannar 2014 jieħdu sehem f’din is-sistema ta’ tiftix fakultattiva u jwettqu tiftix fir-reġistri nazzjonali tagħhom: ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Litwanja, l-Ungerija, ir-Rumanija u s-Slovakkja. Għaldaqstant, it-tariffa totali li trid titħallas għar-rapporti hija ta’ EUR 72.

Għal aktar informazzjoni rigward ir-rapporti ta’ tiftix, ara l-Linji Gwida, Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 1, Proċedimenti.

Il-proprjetarju ta’ ittri ta’ sorveljanza ta’ trademarks tal-UE jew applikazzjonijiet ta’ trademarks tal-UE preċedenti jintbagħtulu ittri li potenzjalment jistgħu jkunu kunfliġġenti mad-drittijiet tiegħu. L-ittra hija purament waħda informattiva u qatt ma għandha titqies bħala sejba li fil-fatt jeżisti kunflitt, jew li l-marki u l-prodotti u s-servizzi involuti huma tabilħaqq identiċi jew simili. Sejba bħal din tista’ ssir biss permezz ta’ deċiżjoni finali fi proċedimenti ta’ oppożizzjoni jew ta’ kanċellazzjoni fi ħdan l-EUIPO.

Għal aktar informazzjoni rigward din il-kwistjoni, ara l-Linji Gwida, Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 1, Proċedimenti.

L-EURid hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ maħtura mill-Kummissjoni Ewropea biex timmaniġġja l-isem tad-dominju .eu. Hija għandha wkoll rwol attiv fil-protezzjoni tad-drittijiet tad-detenturi tad-dominju .eu kontra l-frodi.
Aħbarijiet rigward dominji .eu.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 14-03-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x