Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Reġistru

 


Ir-Reġistru tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea jinkludi d-dettalji tal-applikazzjonijiet u r-reġistrazzjonijiet kollha tat-trademarks tal-UE, kif deskritt fl-Artikolu 111 tar-Regolament dwar it-Trademarks tal-Unjoni Ewropea (EUTMR).
Ir-Reġistru tad-disinji Komunitarji jinkludi dettalji relatati mar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju.
Ir-Reġistru jiġi aġġornat b’mod kostanti sabiex jiġu rreġistrati l-bidliet fl-informazzjoni dwar it-trademarks u d-disinji rreġistrati tal-UE li r-Regolament jiddetermina, bħal dettalji tas-sjieda, l-għoti ta’ liċenzja jew dritt in rem u pretenzjonijiet ta’ anzjanità.
L-Uffiċċju jippubblika Bullettin tat-Trademarks tal-UE u Bullettin tad-Disinji Komunitarji li jinkludu entrati kif ukoll dettalji oħrajn fir-Reġistru miftuħin għal spezzjoni pubblika.
Għal fehim aħjar tal-Bullettini, l-Uffiċċju għandu wkoll disponibbli Vademecums, li huma gwidi li jispjegaw l-entrati ppubblikati fil-Bullettini.
Hemm żewġ Vademecums disponibbli: wieħed għat-trademarks tal-UE u ieħor għad-disinji Komunitarji rreġistrati.

Link għall-Bullettini (Vademecum).

Entrata fir-Reġistri hija reġistrazzjoni mill-Uffiċċju.
Ir-reġistrazzjonijiet jikkonċernaw il-modifika ta’ informazzjoni fir-Reġistru — l-aġġornament jew l-emenda ta’ informazzjoni mdaħħla qabel fil-fajls ta’ applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet ta’ EUTM u ta' disinji Komunitarji.
Ir-reġistrazzjonijiet l-aktar komuni huma: trasferimenti/bidliet ta' sjieda, nomina ta’ rappreżentant, bidliet fl-isem u/jew fl-indirizz tal-proprjetarju, pretensjonijiet ta’ anzjanità, liċenzji, eċċ.
Dawn l-entrati kollha huma elenkati fi:
  • Artikolu 111(3) tal-EUTMR għat-trademarks tal-UE;
  • Artikolu 69(3) tas-CDIR għad-disinji Komunitarji rreġistrati.
Entrata fir-Reġistri hija Reġistrazzjoni mill-Uffiċċju. Dawn jinkludu prinċipalment modifiki fl-informazzjoni, il-liċenzji u d-drittijiet in rem tas-sid. Aktar informazzjoni dwar il-ġestjoni tad-disinn tiegħek u dwar kif l-informazzjoni tar-Reġistru tinżamm aġġornata hija disponibbli taħt it-tab “Proprjetà” fit-taqsima Manage (Iġġestixxi) tas-sit web.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Linji Gwida, l-Eżaminazzjoni ta’ Applikazzjonijiet għal Disinji Komunitarji Rreġistrati.

Tista’ tagħmel dan faċilment permezz taż-Żona tal-Utent online tiegħek. Kemm taċċessa ż-Żona tal-Utent tiegħek u tuża l-menù tal-opzjonijiet biex tagħmel il-bidliet xierqa fid-dettalji personali tiegħek.

Aktar informazzjoni rigward kif tibdel id-data personali għas-sidien.

Għal aktar informazzjoni dwar operazzjonijiet ta’ reġistrazzjoni, ara l-Linji Gwida, Parti E, Operazzjonijiet tar-Reġistru, Taqsima 1, Bidliet fir-Reġistru.

Talbiet għal trasferimenti huma eċċezzjoni għaliex hemm tariffa. Jekk jogħġbok ikkonsulta t-tariffi pagabbli direttament lit-taqsima tal-EUIPO għal informazzjoni dettaljata rigward it-trasferiment ta’ liċenzja (ara l-kodiċi tat-tariffa F-023).

Aktar informazzjoni rigward kif tibdel id-data personali għas-sidien.

Għal aktar informazzjoni dwar it-trasferiment fl-RCDs, ara l-Linji Gwida, Eżaminazzjoni ta' Applikazzjonijiet għal Disinji tal-Komunità Rreġistrati.

Dan jiġi deċiż fid-dawl ta’ jekk il-liġi nazzjonali li tirregola lill-entità legali tarax il-bidla fl-istatus korporattiv bħala bidla fl-identità tal-korporazzjoni (f’dan il-każ, tiġi rreġistrata bħala trasferiment), jew le.

Għal aktar informazzjoni ara, l-Linji Gwida, Parti E, Operazzjonijiet tar-Reġistru, Taqsima 3, EUTMs u RCDs bħala Oġġetti ta' Proprjetà, Kapitolu 1, Trasferiment.

Meta fużjoni tkun tinvolvi bidla fl-identità tal-entitajiet legali affettwati, din tiġi rreġistrata bħala trasferiment. Meta sid ta’ trademark tal-UE jew applikazzjoni għal trademark tal-UE jassorbi kumpanija oħra, u ma jkunx hemm bidla fl-identità sa fejn huwa kkonċernat is-sid, ma għandux isir trasferiment tas-sjieda.

Għal aktar informazzjoni ara, l-Linji Gwida, Parti E, Operazzjonijiet tar-Reġistru, Taqsima 3, EUTMs u RCDs bħala Oġġetti ta' Proprjetà, Kapitolu 1, Trasferiment.

Huwa biżżejjed għall-partijiet li jaqblu li jirreġistraw trasferiment ta’ sjieda fir-Reġistru. Talba f’dan ir-rigward, iffirmata miż-żewġ partijiet tkun biżżejjed. Jekk il-partijiet jaħtru rappreżentant professjonali komuni quddiem l-Uffiċċju, ir-rappreżentant jista’ jiffirma dik it-talba f’isimhom. F’każijiet bħal dawn, ma għandekx għalfejn tippreżenta evidenza addizzjonali tat-trasferiment, bħal kopja tal-att tat-trasferiment. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, hija meħtieġa evidenza tat-trasferiment (bħal kopja ffirmata tal-att tat-trasferiment).

Aktar dettalji tar-rekwiżiti formali u sostantivi ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment ta’ sjieda jistgħu jinstabu fil-Linji Gwida, Parti E, Operazzjonijiet tar-Reġistru, Taqsima 3, EUTMs u RCDs bħala Oġġetti ta' Proprjetà, Kapitolu 1,Trasferiment.

Iva, applikazzjonijiet jew reġistrazzjonijiet jistgħu jinqasmu bħala riżultat ta’ diviżjoni jew ta’ trasferiment parzjali.
Filwaqt li trasferiment parzjali huwa mingħajr ħlas u jinvolvi bidla fis-sjieda tal-marka ttrasferita, it-talba għal diviżjoni ta’ trademark hija soġġetta għal tariffa u t-trademark diviża tibqa’ mal-istess proprjetarju. Jekk it-tariffa ma titħallasx, it-talba titqies li ma ġietx ippreżentata.
Id-diviżjoni mhijiex disponibbli għal applikazzjoni internazzjonali skont il-Protokoll ta’ Madrid li tinnomina lill-UE. L-EUIPO ma għandux l-awtorità li jiddividi nomina internazzjonali.
 
Għal aktar informazzjoni dwar it-Tariffa għad-dikjarazzjoni ta’ diviżjoni ta’ trademark tal-UE, jekk jogħġbok ikkonsulta l-lista ta’ tariffi li għandhom jitħallsu direttament lill-EUIPO.

Aktar dettalji dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ trasferiment parzjali ta’ sjieda jistgħu jinstabu fil-Linji Gwida, Parti E, Operazzjonijiet tar-Reġistru, Taqsima 3, EUTMs u RCDs bħala Oġġetti ta' Proprjetà, Kapitolu 1, Trasferiment.

Aktar dettalji dwar diviżjonijiet jistgħu jinstabu fil-Linji Gwida, Parti E, Operazzjonijiet tar-Reġistru, Taqsima 1, Bidliet f'Reġistrazzjoni, paragrafu 5, Diviżjoni.

Ir-Reġistru tat-trademarks tal-Unjoni Ewropea u r-Reġistru tad-disinji Komunitarji huma aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali.

Il-fajls tat-trademarks tal-UE huma disponibbli għal spezzjoni, soġġetti għal talba bil-miktub u l-ħlas tat-tariffi. Il-fajls jinkludu wkoll elementi li mhumiex parti mir-Reġistru u jistgħu jkunu ta’ interess għal partijiet terzi, bħal deskrizzjoni qasira tad-disinn, jekk l-applikant ikun ta waħda.

Disinji differiti ma jistgħux jiġi spezzjonati qabel il-pubblikazzjoni, sakemm is-sid ma jagħtix il-kunsens tiegħu jew sakemm ma tapplikax xi waħda mill-eċċezzjonijiet limitati l-oħrajn previsti fir-regolamenti. Disinn li qatt ma jiġi ppubblikat qatt mhu se jkun miftuħ għal spezzjoni pubblika.

Għal aktar informazzjoni, ara l-Linji Gwida, Parti E, Operazzjonijiet tar-Reġistru, Taqsima 5, Spezzjoni tal-Fajls.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 14-03-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x