Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Reġistrazzjoni Internazzjonali

 


Il-Ftehim tal-Aja jirregola sistema għar-reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinji industrijali. Huwa amministrat mill-Uffiċċju Internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), li jinsab f’Ġinevra, l-Iżvizzera.
Din is-sistema tagħti lis-sid ta’ disinn industrijali, il-possibbiltà li jkollu disinn protett fit-territorji tal-Partijiet Kontraenti kollha billi jippreżenta applikazzjoni waħda lill-Uffiċċju Internazzjonali tad-WIPO, b’lingwa waħda u b’sett wieħed ta’ tariffi b’munità waħda (Franki Żvizzeri).
Il-Ftehim tal-Aja jinkludi żewġ “atti” differenti, l-Att tal-Aja tal-1960 u l-Att ta’ Ġinevra tal-1999. It-tnejn jikkonsistu minn sett differenti ta’ dispożizzjonijiet legali. Fil-prinċipju, pajjiż huwa liberu li jagħżel l-att li jixtieq li jsir parti minnu. Madankollu, l-organizzazzjonijiet intergovernattivi internazzjonali, bħall-EUIPO, jistgħu jsiru parti biss mill-Att ta’ Ġinevra. L-Att ta’ Ġinevra sar operattiv għalkollox fl-1 ta’ April 2004. L-Unjoni Ewropea aderixxiet mal-Att ta’ Ġinevra fl-24 ta’ Settembru 2007, li fil-każ tal-UE daħal seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-sit web tad-WIPO dwar il-Partijiet Kontraenti fl-Att ta’ Ġinevra.

L-adeżjoni tal-UE għall-Att ta’ Ġinevra tfisser li l-applikanti li għandhom dritt li jippreżentaw applikazzjonijiet internazzjonali, jew minħabba li għandhom nazzjonalità ta’ Stat Membru tal-UE jew minħabba li għandhom domiċilju, stabbiliment kummerċjali jew industrijali reali u effettiv, jew residenza abitwali, fit-territorju ta’ Stat Membru tal-UE, jistgħu jippreżentaw applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn industrijali permezz tas-Sistema tal-Aja.
Konsegwenza oħra hija li l-UE tista’ tiġi nnominata f’reġistrazzjoni internazzjonali. Jekk l-EUIPO ma joħroġx rifjut għal reġistrazzjoni internazzjonali, din se jkollha l-istess effetti fi ħdan it-territorju tal-UE bħal disinn Komunitarju.

L-EUIPO ma għandu l-ebda rwol fil-proċedura inizjali tar-reġistrazzjoni internazzjonali. Dan ifisser li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjonijiet internazzjonali jridu jiġu ppreżentati direttament lid-WIPO u jiġu pproċessati hemmhekk. Barra minn hekk, u b’kuntrast mal-Protokoll ta’ Madrid, mhuwiex meħtieġ li bħala bażi għal applikazzjoni internazzjonali tintuża applikazzjoni nazzjonali jew Komunitarja.
Meta applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali tkun ġiet sottomessa lill-EUIPO bi żball, l-EUIPO la jibgħat l-applikazzjoni lid-WIPO u lanqas ma jerġa’ jibgħatha lura lill-mittent.

Kwalunkwe persuna li hija ċittadin ta’ Stat li huwa Parti Kontraenti ta’ Stat Membru jew ta’ organizzazzjoni intergovernattiva li hija Parti Kontraenti, jew li għandha domiċilju, residenza abitwali jew stabbiliment industrijali jew kummerċjali reali u effettiv fit-territorju ta’ Parti Kontraenti, tista’ tippreżenta applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali.

Għal applikazzjoni internazzjonali, minbarra tariffa bażika u tariffa ta’ pubblikazzjoni, trid titħallas tariffa għal kull Parti Kontraenti nominata fir-reġistrazzjoni internazzjonali. It-tariffa tiddependi fuq il-Parti Kontraenti speċifika. It-tariffi kollha jridu jitħallsu fi Franki Żvizzeri lid-WIPO. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-kalkulatur tat-tariffi tad-WIPO.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika, ara l-Linji Gwida, Eżaminazzjoni ta' Applikazzjonijiet għal Disinni Komunitarji Rreġistrati.

Le. Applikazzjoni internazzjonali tista’ tiġi ppreżentata direttament mill-applikant. Madankollu, l-applikant jista’ jaħtar rappreżentant biex jaġixxi f’ismu.

Applikazzjoni internazzjonali tista’ tiġi ppreżentata bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol (mill-01/04/2010), fid-diskrezzjoni tal-applikant.
 
Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika, ara l-Linji Gwida, Eżaminazzjoni ta' Applikazzjonijiet għal Disinni Komunitarji Rreġistrati.

Skont il-Partijiet Kontraenti nominati fir-reġistrazzjoni internazzjonali, il-pubblikazzjoni tista’ tiġi differita. Xi Partijiet Kontraenti għamlu dikjarazzjonijiet fis-sens li, meta jiġu nominati, ma jkunx permess differiment jew il-perjodu ta’ differiment jitqassar għal 6 xhur. Il-perjodu massimu għal differiment skont l-Att ta’ Ġinevra huwa ta’ 30 xahar mid-data ta’ preżentata, jew, fejn tintalab prijorità, mid-data ta’ prijorità, li huwa wkoll il-perjodu permess mill-UE. Għal aktar informazzjoni dwar id-differiment, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sit web tad-WIPO.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tapplika, ara l-Linji Gwida, Eżaminazzjoni ta' Applikazzjonijiet għal Disinni Komunitarji Rreġistrati.

Le. Ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw l-Unjoni Ewropea jiġu ppubblikati mid-WIPO fil-Bullettin Hague Express.
Dan il-Bullettin internazzjonali huwa disponibbli fuq is-sit web tad-WIPO u jiġi aġġornat kull ġimgħa.

Le, l-EUIPO ma jippubblikax (mill-ġdid) ir-reġistrazzjonijiet internazzjonali. Id-WIPO tippubblika r-reġistrazzjonijiet internazzjonali fuq is-sit web tagħha fil-Bullettin tad-Disinji Internazzjonali.

Iva, il-prijorità ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju tista’ tintalab f’applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali u viċi-versa. Il-perjodu ta’ prijorità huwa ta’ 6 xhur.

Sabiex jiġu revokati jew ikkanċellati l-effetti ta’ reġistrazzjoni internazzjonali fit-territorju tal-UE, il-partijiet terzi jistgħu jibdew proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-istess regoli bħal dawk ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ disinn Komunitarju rreġistrat, jiġifieri l-partijiet terzi jistgħu jew jissottomettu applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mal-EUIPO jew jibdew kontrotalba għal invalidità quddiem qorti tad-disinn Komunitarju.

Id-WIPO twettaq biss eżaminazzjoni b’rabta mal-formalitajiet meħtieġa. L-eżaminazzjoni sostantiva, jekk ikun hemm, titwettaq mill-uffiċċji tal-Partijiet Kontraenti nnominati. Fil-każ ta’ irregolaritajiet b’rabta mal-formola, l-applikant jingħata 3 xhur li fihom jista’ jsib rimedju għalihom.

F’konformità mal-Artikolu 106d tar-Regolament dwar id-disinn Komunitarju rreġistrat (introdott mir-Regolament emendatorju Nru 1891/2006), reġistrazzjoni internazzjonali ta’ disinn li tinnomina l-UE, mid-data ta’ reġistrazzjoni tagħha, se jkollha l-istess effett bħal disinn Komunitarju rreġistrat, jekk ma jkun ġie nnotifikat l-ebda rifjut jew jekk kwalunkwe rifjut bħal dan ikun ġie rtirat.
 
Aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni.

Fi żmien 6 xhur mill-pubblikazzjoni ta’ reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina l-UE, l-EUIPO jwettaq eżaminazzjoni tar-raġunijiet għal rifjut, jiġifieri, jekk is-suġġett tar-reġistrazzjoni internazzjonali jikkonformax ma’ (i) id-definizzjoni ta’ disinn skont l-ordni pubbliku jew il-moralità skont l-Artikolu 9 tar-Regolament dwar id-disinn Komunitarju.
Jekk l-EUIPO jsib raġuni għal rifjut, jikkomunika notifika ta’ rifjut lid-WIPO, u b’hekk jipprevjeni li r-reġistrazzjoni internazzjonali jkollha effett fi ħdan it-territorju tal-UE. Id-WIPO jibgħat in-notifika ta’ rifjut lid-detentur tar-reġistrazzjoni internazzjonali, li jista’ jirrispondi għaliha billi jissottometti osservazzjonijiet direttament lill-EUIPO.
Jekk l-EUIPO jsib li l-osservazzjonijiet tad-detentur jegħlbu r-raġunijiet għal rifjut, dan se jirtira r-rifjut u jinnotifika lid-WIPO skont dan. F’dan il-każ, ir-reġistrazzjoni internazzjonali għandha l-istess effett fi ħdan it-territorju tal-UE bħal disinn Komunitarju rreġistrat.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 14-03-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x