Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Appell

 



Billi timla u tippreżenta notifika ta' appell. Dan irid isir fi żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni li tixtieq tappella (jiġifieri, id-data tan-notifika tad-deċiżjoni).
Innota wkoll li n-notifika ta' appell għandha tkun ippreżentata bil-lingwa tal-proċedimenti (li hija l-lingwa tad-deċiżjoni kkontestata).

Appell irid jinkludi wkoll 'dikjarazzjoni tar-raġunijiet', li tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn taħseb li d-deċiżjoni oriġinali kienet żbaljata. Din ma għandhiex għalfejn tkun ippreżentata man-notifika tal-appell, iżda trid tkun ippreżentata fi żmien erba' xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni kkontestata.

Jekk trid tista' tikkunsidra l-eAppeal il-ġdid, li jippermetti lill-utenti jippreżentaw appell online. L-għodda l-ġdida toffri gwida ċara lill-utenti, interfaċċja mtejba u faċli biex tintuża u tnaqqas ir-riskju ta' żbalji.
 
Aktar tagħrif dwar kif tippreżenta notifika ta' appell.
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok aċċessa l-user area tiegħek.
Għal aktar tagħrif, ara n-noti dwar il-Formola tal-Appell.


Le.

In-notifika ta’ appell għandha tkun ippreżentata bil-lingwa tal-proċedimenti li fihom ittieħdet id-deċiżjoni li hija soġġetta għall-appell.

Le. Dawn l-iskadenzi huma stabbiliti bil-liġi (ir-Regolament tal-UE dwar it-trademarks), kif miftiehma mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Bordijiet tal-Appelli ma jistgħux jibdluhom.
L-unika għażla hija li tapplika fl-Uffiċċju għal restitutio in integrum (bil-Latin din tfisser 'restawr għall-kundizzjoni oriġinali’), li għandu l-effett li jerġa' jistabbilixxi d-drittijiet li tkun tlift. Il-kundizzjonijiet huma pjuttost stretti — pereżempju trid turi li għamilt ħiltek kollha biex tipprova tilħaq l-iskadenzi stabbiliti mil-liġi. Barra minn hekk hemm ukoll rekwiżiti oħrajn (ara l-Linji Gwida, Parti A, Regoli Ġenerali, Taqsima 8, Restitutio in Integrum), fosthom tariffa.
 
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14  ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (kodifikazzjoni) u wkoll disponibbli permezz tas-sit web tal-Uffiċċju, Law & Practice (Liġi u Prattika), Ir-Regolament il-ġdid dwar it-trademark tal-UE.
 
Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12/12/2001 dwar id-disinji Komunitarji.

Iva. Il-persuna li tappella hija l-'appellant', filwaqt li l-parti l-oħra tissejjaħ ir-'rispondent'. Ir-rispondent jista' jippreżenta l-osservazzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-appellant xahrejn wara li jkun notifikat.
Jekk ir-rispondent jippreżenta dawn l-osservazzjonijiet, l-appellant, bħala każ eċċezzjonali wara talba mingħand il-Bord tal-Appelli, jista' jippreżenta talba motivata biex jirrispondi għalihom. Wara li din ir-risposta tiġi ppreżentata, ir-rispondent min-naħa tiegħu jingħata permess jippreżenta replika.

Jiddependi. Pereżempju, l-iskadenzi stabbiliti mir-Regolament, fejn il-Bord tal-Appelli ma għandu ebda diskrezzjoni (bħal dik għall-preżentazzjoni ta' Notifika ta' Appell jew Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet) ma jistgħux jiġu estiżi. F'dawn il-każijiet l-unika għażla hija li wieħed japplika għal restitutio.
Min-naħa l-oħra, l-iskadenzi stabbiliti mill-Bord, u dawk fir-Regolament fejn teżisti ċerta diskrezzjoni, jistgħu jiġu estiżi (pereżempju, żmien itwal biex jiġu provduti sottomissjonijiet jew osservazzjonijiet).
Madankollu, hemm xi kundizzjonijiet. Estensjoni tkun possibbli biss jekk it-talba rilevanti tiġi ppreżentata u tasal qabel l-iskadenza tat-terminu oriġinali. Il-partijiet iridu jiġġustifikaw kull talba u jagħtu raġunijiet għall-estensjoni tagħha. Fin-nuqqas ta' raġunijiet jew ġustifikazzjoni, it-talba tiġi rrifjutata. Fejn talba ssir b'mod konġunt bejn żewġ partijiet din għandha tiġi ffirmata mit-tnejn.
B'mod ġenerali, talbiet multipli ta’ estensjonijiet tal-istess skadenza se jiġu rrifjutati, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali appoġġjati minn evidenza li jiġġustifikaw estensjoni ulterjuri.

Iva. Il-persuna li tappella hija l-'appellant' il-parti l-oħra tissejjaħ 'rispondent'. Ir-rispondent jista' jippreżenta l-osservazzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-appellant. Il-Bord normalment jistabbilixxi din l-iskadenza għal xahrejn wara li tkun ġiet innotifikata d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet.
Jekk ir-rispondent jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, l-appellant, bħala każ eċċezzjonali, jista' jkun mistieden iwieġeb (għal darb'oħra fi żmien xahrejn min-notifika tar-risposta). Ir-rispondent jista' jippreżenta replika.

Aktar tagħrif dwar kif tħares id-drittijiet tiegħek.

Każijiet ta’ appell eċċezzjonali jistgħu jiġġustifikaw l-użu ta’ proċedimenti ta’ appelli mgħaġġla meta l-urġenza ta’ kwistjoni tkun tali li kwalunkwe dewmien jista’ jikkawża riskju serju ta’ ħsara. Appelli mgħaġġla jsegwu proċedura aċċellerata, jiġu trattati b’mod prijoritarju (ma jsegwux ordni kronoloġika) u fil-prinċipju l-partijiet ikunu limitati għal sett wieħed biss ta’ osservazzjonijiet kull wieħed.
Jekk parti tkun tixtieq titlob trattament mgħaġġel, għandha tagħmel dan billi tressaq talba f'dokument separat. It-talba għandha tipprovdi evidenza dokumentata dwar għalfejn il-każ huwa urġenti.

Iva. Dan jissejjaħ 'appell inċidentali' u jrid isir fil-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet b'risposta għad-dikjarazzjoni tar-raġunijiet. L-appell inċidentali jrid jiġi ppreżentat f'dokument separat.

Tista' ssib aktar tagħrif dwar l-applikazzjonijiet għall-Invalidità fil-Linji Gwida, Eżaminazzjoni tal-Applikazzjonijiet għall-Invalidità ta' Disinn.

Jum wara li jkunu ġew innotifikati lill-partijiet, id-deċiżjonijiet kollha jkunu magħmula disponibbli fil-verżjoni fil-lingwa oriġinali f'Tiftix elettroniku tal-Każistika. Xi xahar wara tittella’ wkoll traduzzjoni mhux uffiċjali bl-Ingliż fil-bażi ta’ data.

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok żur it-taqsima Bordijiet tal-Appelli.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 18-07-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x