Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

 

Id-dħul fis-seħħ 21 xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament Emendatorju (L-1 taʼ Ottubru 2017)

Ir-Regolament Emendatorju fih għadd ta’ dispożizzjonijiet li ser jidħlu fis-seħħ biss 21 xahar wara l-pubblikazzjoni tiegħu, peress li dawn għandhom jiġu żviluppati minn leġiżlazzjoni sekondarja: att Delegat u att taʼ Implimentazzjoni.

Bʼmod ġenerali, l-att Delegat ikopri regoli proċedurali relatati maʼ: oppożizzjonijiet; azzjonijiet taʼ revoka u taʼ invalidità; appelli lill-Bord tal-Appell; l-organizzazzjoni tal-Bordijiet tal-Appell; notifiki mill-Uffiċċju u komunikazzjonijiet mal-Uffiċċju; limiti taʼ żmien u sospensjonijiet; ċerti proċeduri li jikkonċernaw Reġistrazzjonijiet Internazzjonali.

L-att taʼ Implimentazzjoni jkopri kwistjonijiet bħal: il-kontenut taʼ applikazzjoni għal EUTM; rappreżentazzjoni taʼ EUTMs; kwistjonijiet tal-lingwa tat-traduzzjoni; prijorità u preċedenza; trasferimenti u ċedimenti; marki tal-UE Kollettivi u taʼ Ċertifikazzjoni; ċerti proċeduri li jikkonċernaw Reġistrazzjonijiet Internazzjonali.

Il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat abbozz tal-verżjonijiet taż-żewġ atti għal konsultazzjoni pubblika fuq:

  • Abbozz taʼ Regolament taʼ Implimentazzjoni;
  • Abbozz taʼ Regolament Delegat.

L-Uffiċċju huwa impenjat li jinforma lill-utenti dwar l-impatt ta’ dawn il-bidliet fuq il-prattika tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom. Il-Linji Gwida għall-Eżaminazzjoni tal-Uffiċċju ser jiġu aġġornati wkoll biex jirriflettu l-prattika ta’ eżaminazzjoni tal-Uffiċċju fid-dawl ta’ dawn il-bidliet fi żmien xieraq għad-dħul fis-seħħ tagħhom.

 

  • Ir-Regolament Emendatorju jneħħi r-rekwiżit ta’ rappreżentazzjoni grafika. Dan ifisser li, mill-01-10-2017, is-sinjali jistgħu jiġu rrappreżentati bi kwalunkwe forma xierqa permezz tat-teknoloġija disponibbli, sakemm ir-rappreżentazzjoni tkun ċara, preċiża, awtonoma, faċilment aċċessibbli, intelliġibbli, durabbli u oġġettiva.
  • Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolament Emendatorju, l-Uffiċċju ser jipprovdi lill-utenti informazzjoni dwar il-midja alternattiva u formati li huma kkunsidrati konformi mad-dispożizzjoni l-ġdida.
  • Il-marki ta’ ċertifikazzjoni tal-Unjoni Ewropea (UE) huma tip ġdid ta’ trademark fil-livell tal-UE, għalkemm dawn diġà jeżistu f’xi sistemi nazzjonali ta’ proprjetà intellettwali.
  • Il-marki ta’ ċertifikazzjoni jippermettu lill-istituzzjoni jew l-organizzazzjoni li tiċċertifika sabiex l-aderenti għas-sistema taʼ ċertifikazzjoni jkunu jistgħu jużaw il-marka bħala sinjal għall-prodotti jew is-servizzi li huma konformi mar-rekwiżiti taʼ ċertifikazzjoni.
  • Dispożizzjonijiet għal sostanzjament online taʼ oppożizzjonijiet u kanċellazzjonijiet fʼċerti każijiet minn sorsi online rikonoxxuti mill-Uffiċċju
  • Il-karattru distintiv miksub bħala pretensjoni sussidjarja, li tippermetti lill-applikant, fil-prattika, biex jeżawrixxi d-dritt tal-appell dwar il-karattru distintiv inerenti qabel ma jkun meħtieġ jagħti prova tal-karattu distintiv miksub
  • Kodifikazzjoni tal-prattika tal-EUIPO (kif spjegat fil-Linja gwida tiegħu) dwar evidenza tardiva taʼ sostanzjament u prova taʼ użu
  • Simplifikazzjoni sinifikanti tar-rekwiżiti tat-traduzzjoni
  • Assenjar taʼ EUTM bħala rimedju fʼċerti ċirkostanzi
  • Rekwiżiti formali dwar l-istruttura u l-format taʼ evidenza bil-miktub fil-proċedimenti kollha (il-preżentazzjoni taʼ evidenza fl-annessi)
  • Il-kunsinni bl-id u d-depożiti fil-kaxxa postali mhux ser jibqgħu jiġu aċċettati mill-Uffiċċju
  • L-EUTMIR u l-EUTMDR it-tnejn fihom dispożizzjonijiet tranżitorji li bʼmod komprensiv jistabbilixxu meta r-regoli preċedurali l-ġodda ser jidħlu fis-seħħ.

 

Dħul fis-seħħ fit-23 taʼ Marzu 2016

Ir-Regolament Emendatorju ġab miegħu għadd ta’ bidliet fl-oqsma tal-proċedimenti ta’ eżaminazzjoni, raġunijiet assoluti ta’ rifjut, raġunijiet relattivi ta’ rifjut, prodotti u servizzi, proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ kanċellazzjoni u appelli.

 

Fil-qasam tal-proċedimenti ta’ eżaminazzjoni, il-bidliet ewlenin huma dawn li ġejjin:

  • Ir-Regolament Emendatorju jelimina l-possibbiltà li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet għal trademark tal-UE permezz tal-uffiċċji nazzjonali.
  • L-utenti jistgħu jagħżlu jekk iridux jirċievu rapporti ta’ tiftix tal-UE u ittri ta’ sorveljanza.
  • Ir-Regolament Emendatorju jiċċara l-impatt tar-revoka ta’ marka preċedenti li fuqha hija bbażata pretensjoni ta’ preċedenza, li issa sejra tiddependi mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-revoka.
  • Fit-test tiegħu, ir-Regolament Emendatorju jintroduċi l-prattika attwali fir-rigward tal-perjodu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet ta’ parti terza. Dan jenħtieġ li jseħħ qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ oppożizzjoni jew, fejn ġiet ippreżentata oppożizzjoni kontra t-trademark, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-oppożizzjoni.
  • Ir-Regolament Emendatorju b'mod espliċitu jiddikjara wkoll d-dritt tal-Uffiċċju biex jiftaħ mill-ġdid l-eżaminazzjoni tar-raġunijiet assoluti fuq l-inizjattiva proprja fi kwalunkwe ħin qabel ir-reġistrazzjoni.

Fil-qasam tar-raġunijiet assoluti ta’ rifjut, il-bidliet ewlenin huma dawn li ġejjin:

  • Is-sinjali funzjonali (pereżempju kulur jew ħoss) issa huma soġġetti għall-istess projbizzjonijiet li huma applikati għall-marki tal-forma.
  • Ir-Regolament Emendatorju jiċċara l-projbizzjonijiet relatati mad-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti (DOP), Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP) u titoli oħrajn ta’ proprjetà intellettwali.
  • Il-possibbiltà li ssir dikjarazzjoni li tiċħad id-drittijiet esklussivi għal elementi mhux distintivi taʼ trademarks sabiex ikunu evitati dubji rigward l-kamp taʼ applikazzjoni tal-protezzjoni ġiet eliminata.
  • Ir-Regolament Emendatorju jikkodifika l-prattika attwali fir-rigward tal-proċedimenti taʼ invalidatà bbażati fuq raġunijiet assoluti, filwaqt li jillimita l-eżaminazzjoni tagħha għall-argumenti u r-raġunijiet ipprovduti mill-partijiet.

Fir-rigward tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u taʼ kanċellazzjoni, il-bidliet ewlenin huma dawn li ġejjin:

  • Bidliet fid-data tal-bidu għall-perjodu ta’ oppożizzjoni kontra reġistrazzjonijiet internazzjonali li jinnominaw l-UE. Dan il-perjodu issa ser jibda xahar wara d-data ta’ pubblikazzjoni.
  • Ir-Regolament Emendatorju jintroduċi xi bidliet fir-rigward tal-kontrotalbiet quddiem il-qrati għat-trademarks tal-UE. F’dan ir-rigward, il-qrati għat-trademarks tal-UE mhumiex sejrin jipproċedu bl-eżaminazzjoni ta’ kontrotalbiet sakemm, jew il-parti interessata jew il-qorti ma tkunx infurmat lill-Uffiċċju bid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-kontrotalba.
  • Ir-Regolament Emendatorju jimponi fuq l-Uffiċċju l-obbligu li jinforma l-qorti għat-trademarks tal-UE inkwistjoni dwar kwalunkwe applikazzjoni preċedenti għal revoka jew għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata quddiem l-Uffiċċju.

Fil-qasam tar-raġunijiet relattivi ta’ rifjut, il-bidliet ewlenin huma dawn li ġejjin:

  • Introduzzjoni ta’ raġuni separata u speċifika ta’ oppożizzjoni u ta’ kanċellazzjoni fuq il-bażi ta’ Denominazzjonijiet ta’ Oriġini Protetti (DOP) u Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti (IĠP).
  • Bidliet f’waħda mid-dati għad-determinazzjoni tal-obbligu biex tiġi sottomessa prova ta’ użu u għad-determinazzjoni tal-perjodu rilevanti. Id-data rilevanti issa sejra tkun id-data ta’ preżentata jew id-data ta’ prijorità tal-applikazzjoni għat-trademark tal-UE kkontestata pjuttost milli d-data tal-pubblikazzjoni tagħha.
  • Serje ta’ kjarifiki konformi mal-prattika u l-każistika eżistenti.

Il-bidliet ewlenin miġjuba mir-Regolament Emendatorju fir-rigward tal-proċedimenti ta’ appell huma dawn li ġejjin:

  • Eliminazzjoni ta’ reviżjoni interlokutorja f’każijiet inter partes, li fʼdawn il-każijiet jenħtieġ li tirriżulta fi proċedimenti ta’ appell ġeneralment iqsar. Dan huwa konformi mal-għan tas-simplifikazzjoni taʼ proċedimenti quddiem l-Uffiċċju u filwaqt li jitqies li reviżjoni interlokutorja ta’ deċiżjonijiet ta' prim'istanza f’każijiet inter partes kienet possibbli biss f’istanzi eċċezzjonali ħafna (peress li kienet teħtieġ il-qbil taż-żewġ partijiet).
  • L-inserzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet biex jiċċaraw u jikkodifikaw prattika eżistenti dwar appelli anċillari u d-data ta’ dħul fis-seħħ tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell. Dawn id-deċiżjonijiet jidħlu fis-seħħ ladarba jkun skada l-perjodu sabiex titressaq azzjoni kontrihom jew, jekk tkun saret azzjoni fi żmien dak il-perjodu, ladarba din tkun ġiet miċħuda mill-Qorti Ġenerali jew, fil-każ ta’ appell ulterjuri, mill-Qorti tal-Ġustizzja.
 
  • Prodotti u servizzi L-Artikolu 28(8)

    Ir-Regolament Emendatorju jikkodifika l-prattika għat-trademarks tal-Uffiċċju ppreżentati wara s-sentenza f’C-307/10 ‘Traduttur tal-Proprjetà Intellettwali’ (dak li tara ser tieħu). Dan jestendi din il-prattika għal trademarks ippreżentati qabel ma tkun ingħatat is-sentenza, filwaqt li għas-sidien tagħhom jingħata perjodu tranżitorju ta’ sitt xhur biex jaġġustaw l-ispeċifikazzjoni tal-marki tagħhom għall-intenzjoni oriġinali tagħhom meta ppreżentawhom.

    Mit-tmiem tal-perjodu tranżitorju, it-trademarks kollha li fihom intestaturi tal-klassijiet ġew interpretati skont it-tifsira litterali tagħhom irrispettivament mid-data tal-preżentazzjoni tagħhom. Il-proprjetarji tal-EUTMs li applikaw għalihom qabel it-22 ta' Ġunju 2012 u rreġistrati fir-rigward tal-intestatura sħiħa tal-klassi ta' Nizza jistgħu jiddikjaraw li l-intenzjoni tagħhom fid-data tal-preżentazzjoni kienet li jfittxu protezzjoni għal dak li jirrigwarda prodotti u servizzi lil hinn minn dawk koperti bit-tifsira litterali taʼ dik l-intestatura.

    Komunikazzjoni Nru 1/2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 28(8) li jemenda r-Regolament tat-trade mark tal-UE, tistipula l-qafas tal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju għad-dħul ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 28(8) fir-Reġistru.

    Din ipprovdiet Anness li fih lista mhux eżawrjenti ta’ eżempji ta’ prodotti u servizzi li mhumiex koperti b’mod ċar mit-tifsira litterali tal-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi tal-klassi ta’ Nizza għal kull waħda mill-edizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni taʼ Nizza kkonċernata (mis-6 sal-10 edizzjoni) biex tassisti lill-utenti biex jagħmlu d-dikjarazzjonijiet tagħhom.

    L-Uffiċċju pprepara lista mhux eżawrjenti taʼ termini kkunsidrati li mhux koperti b'mod ċar mit-tifsira litterali tal-intestaturi tal-klassi rispettivi għall-iskop tad-dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 28(8) EUTMR. Il-lista kienet purament għall-gwida tas-sidien tat-trademarks li jixtiequ jissottomettu dikjarazzjonijiet għall-iskopijiet tal-Artikolu 28(8) EUTMR. Il-lista hija disponibbli hawnhekk


 
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 25-04-2017
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja