Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Tariffi

Is-sistema ta' tariffi tal-EUIPO se tinbidel mis-sistema ta' tariffi applikata mill-UASI. Is-sistema se tinbidel minn tariffa bażika li tkopri sa tliet klassijiet ta' prodotti u servizzi għal sistema ta' "ħallas għal kull klassi".

Fil-qasam tat-tariffi, ir-Regolament Emendatorju jintroduċi l-bidliet li ġejjin:

  • sistema ġdida ta' tariffa waħda għal kull klassi għat-tariffi tal-applikazzjoni u tat-tiġdid;
  • tnaqqis ġenerali fit-tariffi li jitħallsu lill-Uffiċċju;
  • l-inkorporazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar it-Tariffi CTM fir-regolament bażiku.
 

Ħallas għal dak li teħtieġ

It-trademark Komunitarja kienet tinkludi protezzjoni għal tliet klassijiet, u kienet tiswa €900 għal applikazzjoni elettronika u €1 050 għal applikazzjoni fuq il-karta. Ir-Regolament Emendatorju jara lill-Uffiċċju jiċċaqlaq lejn sistema ta' klassi waħda għal kull tariffa. Dan ifisser li fil-prattika l-applikanti jħallsu tariffa aktar baxxa jekk japplikaw biss għal klassi waħda, l-istess tariffa jekk japplikaw għal tnejn, u tariffa ogħla jekk japplikaw għal tlieta jew aktar. It-tariffi tat-tiġdid tnaqqsu sostanzjalment fil-każijiet kollha u ġew stabbiliti fl-istess livell bħat-tariffi tal-applikazzjoni, u hemm ukoll tnaqqis fit-tariffi tal-oppożizzjoni, tal-kanċellazzjoni u tal-appell.

 

Tariffi tal-applikazzjoni (preżentata elettronika)

CTM (is-sistema l-antika) Tariffa EUTM (is-sistema l-ġdida) Tariffa
L-ewwel klassi €900 ikopru sa tliet klassijiet L-ewwel klassi €850
It-tieni klassi It-tieni klassi €50
It-tielet klassi It-tielet klassi €150
Ir-raba' u l-klassijiet sussegwenti kollha €150 Ir-raba' u l-klassijiet sussegwenti kollha €150
 

Tariffi tat-tiġdid (preżentata elettronika)

CTM (is-sistema l-antika) Tariffa EUTM (is-sistema l-ġdida) Tariffa
L-ewwel klassi €1 350 ikopru sa tliet klassijiet L-ewwel klassi €850
It-tieni klassi It-tieni klassi €50
It-tielet klassi It-tielet klassi €150
Ir-raba' u l-klassijiet sussegwenti kollha €400 Ir-raba' u l-klassijiet sussegwenti kollha €150
 

Marka ta' ċertifikazzjoni ġdida tal-Unjoni Ewropea

Il-marki ta' ċertifikazzjoni tal-Unjoni Ewropea se jiġu introdotti fi żmien 21 xahar. Dawn se jagħtu l-opportunità lil "istituzzjoni jew organizzazzjoni taċ-ċertifikazzjoni li tippermetti lill-aderenti għas-sistema ta' ċertifikazzjoni li jużaw il-marka bħala sinjal għall-prodotti u s-servizzi li jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni" (l-Artikolu 74b EUTMR). It-tariffa għar-reġistrazzjoni għal marka ta' ċertifikazzjoni tal-UE se tkun l-istess bħal dik għal marka kollettiva tal-UE, jiġifieri €1 800 (€1 500 għall-preżentata elettronika); €50 għat-tieni klassi; €150 għat-tielet klassi (u l-klassijiet kollha sussegwenti).

 

Tariffi Oħra

Kif indikat qabel, se jkun hemm tnaqqis ġenerali ta' tariffi pagabbli lill-Uffiċċju. Biex insemmu ftit:

Relatata ma' trademark tal-UE Tariffa (is-sistema l-antika) EUTM (is-sistema l-ġdida)
Oppożizzjoni €350 €320
Kanċellazzjoni €700 €630
Appell €800 €720
 

Preżentati ġodda

Id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-trademark tal-UE, l-avviż ta' oppożizzjoni, l-applikazzjoni għal revoka jew dikjarazzjoni ta' invalidità (kanċellazzjoni) jew appell (relatat ma' trademarks tal-UE), se jiddetermina liema tariffa hija pagabbli (is-sistema l-antika jew il-ġdida).

Jekk id-data tal-preżentazzjoni tal-azzjoni hija qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid (jiġifieri qabel it-23/03/2016) se tkun tapplika s-sistema tat-tariffi l-antika anke jekk il-pagament isir wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid, u dan jinkludi l-kalkolu ta' kwalunkwe tariffa ta' soprataxxa għal pagament tardiv jekk applikabbli. Jekk id-data tal-preżentazzjoni tal-azzjoni tkun wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid (jiġifieri fit-23/03/2016 jew wara), se tapplika s-sistema tat-tariffi l-ġdida. Dan joħroġ mill-prinċipju li l-azzjoni, ladarba tkun imħallsa, ikollha effett mid-data tal-preżentazzjoni li tkun meta tkun meqjusa li ddaħħlet.

Bħala eżempju, jekk il-perjodu ta' oppożizzjoni ta' tliet xhur ikun mill-01/02/2016 - 30/04/2016, u tiġi ppreżentata oppożizzjoni fl-01/03/2016, l-opponent ikollu jħallas it-tariffa l-antika (350€). Madankollu, fl-istess eżempju, jekk tiġi ppreżentata oppożizzjoni fil-15/04/2016 l-opponent ikollu jħallas it-tariffa l-ġdida (320€). L-opponent jista' ma jippreżentax l-oppożizzjoni fl-01/03/2016 u jistenna sat-30/04/2016 biex iħallas it-tariffa l-ġdida, peress li filwaqt li l-pagament ikun għadu fil-perjodu ta' oppożizzjoni ta' tliet xhur, id-data tal-preżentazzjoni tal-avviż ta' oppożizzjoni (u l-effett tagħha) kien qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament il-ġdid.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 13-02-2017
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja