Aħna l-EUIPO

Mistoqsijiet frekwenti It-tibdiliet li se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem

Din it-taqsima tal-mistoqsijiet frekwenti tħejjiet abbażi ta’ mistoqsijiet diġà sottomessi mill-utenti tagħna liċ-Ċentru ta’ Informazzjoni tagħna.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet f’din il-paġna huma maqsuma f’erba’ taqsimiet: informazzjoni u riżorsi; it-tneħħija tar-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika; marki ta’ ċertifikazzjoni; u tibdiliet proċedurali.

L-utenti huma mistiedna jikkonsultaw it-taqsima ewlenija tal-websajt tagħna dwar it-tibdiliet.

Sa mill-1 ta’ Ottubru, il-Linji Gwida tal-Uffiċċju se jkunu aġġornati bis-sħiħ u se jirriflettu t-tibdiliet li se japplikaw b’riżultat tal-proċess tar-riforma leġiżlattiva.

Jekk għandek aktar mistoqsijiet, jew jekk teħtieġ aktar informazzjoni dwar it-tibdiliet li se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Ottubru ’l quddiem, jekk jogħġbok, ikkuntattjana.

  • Informazzjoni u riżorsi

  • Fejn nista’ nsib sommarju tat-tibdiliet ewlenin li se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem?

    Ippreparajna taqsima fuq il-websajt b’informazzjoni dwar it-tibdiliet ewlenin (inklużi t-tibdiliet proċedurali, it-tneħħija tar-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika u l-marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE), li tista’ tiġi aċċessata hawn. Mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, il-Linji Gwida għall-Eżaminazzjoni tagħna, aġġornati bis-sħiħ biex jirriflettu t-tibdiliet, jistgħu jiġu aċċessati.

  • Fejn nista’ nsib it-testi legali rilevanti?

  • It-tneħħija tar-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika u t-tipi ta’ marka

  • X’inhu l-impatt prattiku tat-tneħħija tar-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika?

    It-tneħħija tar-rekwiżit li jkun hemm rappreżentazzjoni grafika tfisser li ċerti tipi ta’ trademarks li jistgħu jiġu rrappreżentati f’format elettroniku biss (marki multimedjali) issa huma aċċettabbli. Tfisser ukoll li jsir eħfef li wieħed jissottometti EUTMs li jkunu mhux viżivi (marki ta’ ħoss) jew jinkludu immaġnijiet li jiċċaqilqu (marki ta’ moviment) bl-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ riproduzzjoni flok li neċessarjament jiddependi fuq il-grafika. Hemm diversi rekwiżiti li r-rappreżentazzjoni ta’ EUTMs għandha tissodisfa xorta waħda. Ir-rappreżentazzjoni għandha tkun f’forma li tuża teknoloġija ġeneralment disponibbli li tista’ tiġi riprodotta fir-reġistru b’mod ċar, preċiż, awtonomu, faċilment aċċessibbli, intelleġibbli, durabbli u oġġettiv. Barra minn hekk, mhumiex permessi l-kampjuni jew l-eżemplari.

    B’hekk, pereżempju, fejn jidħlu l-irwejjaħ, jekk l-ogħla livell tekniku qatt jippermetti s-sottomissjoni tagħhom b’mezzi ta’ teknoloġija “ġeneralment aċċessibbli”, tkun tista’ tintuża l-kategorija “oħrajn” għal dawn il-marki. Madankollu, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li dan se jiġi fil-futur qrib. Konsegwentement, it-tneħħija tar-rappreżentazzjoni grafika m’għandhiex impatt importanti fuq applikazzjonijiet ta’ dan it-tip.

  • X’inhuma t-“tipi” l-ġodda ta’ trademarks?

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar it-Trademark tal-UE (“EUTMIR”) jistipula regoli u rekwiżiti speċifiċi għall-aktar tipi popolari ta’ trademarks, li huma dawn li ġejjin:

    TIPI TA’ TRADEMARKS

    Kelma

    Kulur
    (wieħed waħdu jew kombinazzjoni)

    Figurattiva

    Ħoss

    Forma

    Moviment

    Pożizzjoni

    Multimedjali

    Motif

    Ologramma

    Wieħed biss huwa ġdid fjamant: il-marka multimedjali, li tiġi definita bħala “trademark magħmula minn jew estiża għal kombinazzjoni ta’ immaġni u ħoss”. It-tipi l-oħrajn ta’ marki msemmija hawn fuq jinkludu xi wħud li kienu diġà eżistew f’dan is-sens (pereżempju l-marki figurattivi u l-marki ta’ ħoss) u xi wħud li qabel kienu inklużi fil-kategoriji usa’ (pereżempju marki ta’ motif), u l-marki 3D bħalissa jissejħu “marki ta’ forma”.

    It-tipi ta’ trademarks kif ukoll ir-rekwiżiti tekniċi għas-sottomissjoni tagħhom (il-formati ta’ fajls) jistgħu jiġu kkonsultati fuq il-websajt tagħna, u mill-1 ta’ Ottubru ’l quddiem, l-għodda elettronika tagħna għas-sottomissjoni elettronika tiġi ġġornata biex tirrifletti t-tipi kollha ta’ trademarks.

  • Nista’ nressaq pretensjoni dwar kulur rigward marka figurattiva?

    Le. Mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, l-EUIPO ma jaċċetta l-ebda deskrizzjoni ta’ trademark rigward marki figurattivi. Bl-istess mod, mhux se jiġu kkunsidrati indikazzjonijiet ta’ kuluri rigward EUTMs figurattivi, u mhu se jkollhom l-ebda funzjoni fil-qafas tal-proċess ta’ applikazzjoni għal EUTM. Dan huwa konformi mal-karattru mmirat lejn id-dehra awtentika tat-tneħħija tar-rekwiżit tar-rappreżentazzjoni grafika, li hija maħsuba biex tagħmel l-entrati fir-reġistru tal-EUTMs aktar ċari, aktar aċċessibbli u eħfef għat-tiftix.

    Billi xi pajjiżi jesiġu l-indikazzjoni bil-miktub tal-kulur għall-finijiet ta’ pretensjoni ta’ prijorità, l-EUIPO se jipprovdi qasam mhux obbligatorju fil-formola elettronika għas-sottomissjoni fejn jistgħu jitniżżlu kuluri. Din id-deskrizzjoni se tkun viżibbli fil-formola ta’ applikazzjoni għal EUTM, sabiex l-utenti jkunu jistgħu jużawha fil-pajjiżi inkwistjoni, iżda la se tiġi eżaminata mill-EUIPO u lanqas se tiżdied mar-Reġistru tal-EUTMs.

  • Ir-riferiment għal kodiċi ta’ kulur huwa obbligatorju għal rappreżentazzjoni ta’ marka ta’ kulur (waħdu jew f’kombinazzjoni)?

    Iva. Mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, trademark li tikkonsisti esklussivament f’kulur jew kombinazzjoni ta’ kuluri tirrikjedi riproduzzjoni tal-kulur u riferiment għal kodiċi ta’ kulur ġeneralment rikonoxxut, bħal pantone, hex, RAL, RGB jew CMYK.

  • Xi rwol ikollha d-deskrizzjoni f’marki magħmula minn kombinazzjonijiet ta’ kuluri?

    Trademark li tikkonsisti esklussivament minn kombinazzjoni ta’ kulur (mingħajr kontorni) tirrikjedi riproduzzjoni tal-kombinazzjoni ta’ kuluri li turi l-arranġament sistematiku b’mod uniformi u predeterminat. Deskrizzjoni li tagħti dettalji dwar l-arranġament sistematiku tal-kuluri tista’ tiżdied ukoll. Madankollu, din id-deskrizzjoni għandha taqbel mar-rappreżentazzjoni u m’għandhiex taqbeż l-ambitu tagħha.

  • Kif għandi nippreżenta marka ta’ ħoss wara l-1 ta’ Ottubru 2017?

    Hemm żewġ modi ta’ kif dan jista’ jsir: permezz ta’ fajl ta’ awdjo li jirriproduċi l-ħoss jew permezz ta’ rappreżentazzjoni preċiża tal-ħoss f’notazzjoni mużikali. Mezzi oħrajn ta’ rappreżentazzjoni inklużi s-sonogrammi, id-deskrizzjoni tal-ħoss bi kliem jew onomatopea, mhux se jiġu aċċettati. Aktar dettalji dwar ir-rekwiżiti tekniċi rigward is-sottomissjoni ta’ marka ta’ ħoss wieħed jista’ jsibhom hawn.

  • Liema tipi ta’ marka jirrikjedu deskrizzjoni?

    M’għadux obbligatorju li wieħed iżid deskrizzjoni ma’ kwalunkwe tip ta’ trademark. Madankollu, id-deskrizzjoni tibqa’ possibbiltà mhux obbligatorja għall-marka ta’ pożizzjoni, il-marka ta’ motif, il-marka ta’ kulur (magħmula minn kombinazzjoni) u l-marka ta’ moviment. Għandha taqbel mar-rappreżentazzjoni u m’għandhiex taqbeż l-ambitu tagħha.


  • Marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE

  • Xi tkun marka ta’ ċertifikazzjoni tal-UE u min jista’ jirreġistraha?

    Il-marka ta’ ċertifikazzjoni tal-UE hija t-tieni tip ta’ trademark tal-Unjoni Ewropea reċentement stabbilit mill-EUTMR, filwaqt li l-oħrajn huma t-trademark individwali u t-trademark kollettiva.

    Marka ta’ ċertifikazzjoni tindika li xi oġġetti u servizzi jikkonformaw ma’ ċerti standards ta’ kwalità sorveljati stabbiliti f’dokument bit-titlu “Regolamenti li jirregolaw l-użu”, li għandu jiġi sottomess flimkien mal-marka.

    Il-marka ta’ ċertifikazzjoni tal-UE hija miftuħ għal kull entità pubblika jew privata li tikkonferma mar-regolamenti li jirregolaw l-użu. Il-proprjetarji ta’ marki ta’ dan it-tip m’għandhomx, però, isegwu negozju li jinvolvi l-provvista ta’ oġġetti jew servizzi tat-tip iċċertifikat bil-marka, u l-proprjetarju jeħtieġlu jissottometti dikjarazzjoni li hu jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit.

    Marka ta’ ċertifikazzjoni tal-UE tiswa EUR 1 500 meta wieħed japplika għaliha onlajn. Aktar informazzjoni dwar il-marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE tista' ssibha fuq il-paġna web apposta tagħna.

  • X’inhi d-differenza bejn marka kollettiva tal-UE u marka ta’ ċertifikazzjoni tal-UE?

    Il-marka kollettiva tindika li l-oġġetti jew is-servizzi protetti minnha joriġinaw minn membri ta’ assoċjazzjoni u jistgħu jintużaw minnhom biss.

    Il-marka ta’ ċertifikazzjoni, però, hija miftuħa għal kull min jikkonforma mar-regolament li jirregola l-użu tagħha.

    It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor id-differenzi ewlenin bejn il-marki individwali, kollettivi u ta’ ċertifikazzjoni.

     

    Ċertifikazzjoni

    Kollettiva

    Individwali

    Formalitajiet

    Applikazzjoni sottomessa għaliha b’mod espress

    Regolamenti dwar l-użu

    Applikazzjoni sottomessa għaliha b’mod espress

    Regolamenti dwar l-użu

    Jekk ma tiġix ippreżentata applikazzjoni għaliha bħala marka ta’ ċertifikazzjoni/ kollettiva.

    Intitolament

    Persuni fiżiċi

    Persuni ġuridiċi

    L-applikant ma jistax isegwi negozju li jinvolvi l-provvista ta’ oġġetti u servizzi tat-tip iċċertifikat

    Ċerti assoċjazzjonijiet

    Persuni ġuridiċi rregolati bil-liġi pubblika (bil-persuni naturali esklużi)

    Persuni fiżiċi

    Persuni ġuridiċi

    Eżami ta' raġunijiet assoluti

    Rekwiżiti addizzjonali

    L-oriġini ġeografika ma tistax tiġi ċċertifikata*

    Rekwiżiti addizzjonali

    7(1)(c) eċċezzjoni rigward l-oriġini ġeografika

    Artikolu 7 fl-intier tiegħu

    Użu

    Proprjetà tas-sid

    Użata minn kumpaniji u individwi ċċertifikati

    Proprjetà ta’ assoċjazzjoni

    Użata mill-membri

    Normalment proprjetà tas-sid u użata minnu

    Funzjoni

    Tiddistingwi l-oġġetti u s-servizzi ċċertifikati mis-sid mill--oġġetti u s-servizzi mhux iċċertifikati

    Tiddistingwi l-oġġetti u s-servizzi tal-assoċjazzjoni tal-membri

    Indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali

    Tariffi

    EUR 1 500 (f’każ ta’ applikazzjoni onlajn) għall-ewwel klassi; EUR 50 għat-tieni klassi u EUR 150 għal kull klassi sussegwenti

    EUR 1500 (f’każ ta’ applikazzjoni onlajn) għall-ewwel klassi; EUR 50 għat-tieni klassi u EUR 150 għal kull klassi sussegwenti

    EUR 850 (f’każ ta’ applikazzjoni onlajn) għall-ewwel klassi; EUR 50 għat-tieni klassi u EUR 150 għal kull klassi sussegwenti

    * Skont l-Artikolu 83 EUTMR, marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE mhijiex kapaċi tiddistingwi l-oġġetti jew is-servizzi ċċertifikati rigward l-oriġini ġeografika

  • Meta nista’ napplika għal marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE?

    L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru fi kwalunkwe ħin wara n-00:00 ħin ċentrali Ewropew tas-sajf. (CEST) fl-1 ta’ Ottubru 2017.

  • Nista’ nikkonverti marka kollettiva f’marka ta’ ċertifikazzjoni?

    Le. La l-EUTMR u lanqas il-leġiżlazzjoni sekondarja ma jipprovdu għall-possibbiltà li wieħed jikkonverti l-marki kollettivi għal marki ta’ ċertifikazzjoni jekk id-data tas-sottomessjoni tal-marka kollettiva tkun ta’ qabel l-1 ta’ Ottubru 2017; għaldaqstant, l-Uffiċċju ma jista’ jaċċetta l-ebda talba għal tibdil fit-tip ta’ marka.

  • Għandkom xi gwida dwar ir-rekwiżiti u l-proċessi għall-ksib ta’ protezzjoni taħt marka ta’ ċertifikazzjoni tal-UE?

    L-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni dwar it-Trademark tal-UE jistabbilixxi l-kontenut tar-regolamenti li jirregolaw l-użu tal-marki ta’ ċertifikazzjoni tal-UE.


  • Tibdiliet proċedurali

  • Kif nista’ nitlob li l-karattru distintiv miksub jiġi ttrattat bħala pretensjoni sussidjarja?

    Il-karattru distintiv miksub bħala pretensjoni sussidjarja kif stabbilit fl-Artikolu 2(2) EUTMIR huwa ġdid u jimmira biex jippermetti lill-applikant jeżawrixxi d-drittijiet tiegħu ta’ appell dwar “karattru distintiv inerenti” qabel ma jkun obbligat iġib provi tal-karattru distintiv miksub. Mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, din tista’ ssir jew bl-applikazzjoni għal EUTM jew inkella mhux aktar tard mit-tweġiba għall-ewwel oġġezzjoni. Ma tistax issir għall-ewwel darba quddiem il-Bordijiet tal-Appell. Għażla possibbli fil-formola għas-sottomissjoni elettronika tippermetti lill-applikanti jimmarkaw il-karattru distintiv miksub bħala pretensjoni sussidjarja.

  • Meta jkolli nressaq pretensjoni ta’ prijorità?

    Mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, il-pretensjonijiet ta’ prijorità għandhom jitressqu fl-istess data bħall-applikazzjoni għal EUTM. Fejn meħtieġ, id-dokumentazzjoni li tappoġġja l-pretensjoni għandha titressaq fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni. Barra minn hekk, jekk din id-dokumentazzjoni ta' sostenn ma tkunx b'lingwa tal-Uffiċċju, l-Uffiċċju issa għandu l-għażla li jitlob traduzzjoni tagħha. L-applikanti għandhom ukoll ikunu konxji tal-fatt li mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, il-pretensjonijiet ta’ prijorità m’għadhomx qed jiġu eżaminati rigward is-sostanza tagħhom fil-fażi tas-sottomissjoni. F’dak il-punt, l-Uffiċċju se jeżamina bis jekk ikunux ġew sodisfati r-rekwiżiti formali kollha, jiġifieri n-numru, id-data u l-pajjiż tal-allegata l-ewwel sottomissjoni, u d-disponibbiltà ta’ sorsi uffiċjali onlajn li jivverifikaw id-data ta’ prijorità (jew is-sottomissjoni ta’ dokumenti ta’ prijorità u traduzzjonijiet).

    Tħassar ir-rekwiżit ta’ issa li wieħed għandu jissottometti kopja tar-reġistrazzjoni ċċertifikata mill-awtoritajiet kompetenti, u l-Artikolu 6 tal-EUTMIR bħalissa sempliċiment jitlob li tiġi sottomessa “kopja” tar-reġistrazzjoni rilevanti. Madankollu, skont l-Artikolu 39 tal-EUTMR [l-eks Artikolu 34 tal-EUTMR], id-Direttur Eżekuttiv kien diġà għamel inqas stretti r-rekwiżiti għad-dokumentazzjoni rilevanti. B’hekk, m’hemmx tibdiliet fil-prattika reali rigward l-anzjanità.

  • Liema sorsi onlajn qed jiġu aċċettati mill-Uffiċċju?

    L-Uffiċċju jirrikonoxxi l-bażijiet ta’ dejta kollha tal-uffiċċji EU IP nazzjonali u reġjonali. TMview huwa aċċettabbli bħala portal biex wieħed jaċċessa l-uffiċċji nazzjonali permezz tiegħu. Fejn jidħlu l-indikazzjonijiet ġeografiċi, l-opponenti u l-applikanti għal kanċellazzjoni issa jistgħu joqogħdu fuq bażijiet ta’ dejta tal-UE (pereżempju E-Bacchus, E-Spirits u E-Door). Huma suffiċjenti referenzi ġenerali għal bażijiet u dejta u sorsi bħal dawn, u l-użu ta’ iperlink diretta mhuwiex obbligatorju.

  • Inbidel ir-reġim lingwistiku tal-Uffiċċju?

    Le. Applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea (EUTM) għadha tista’ tiġi sottomessa bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE bħala l-ewwel lingwa. B’mod addizzjonali, għandha tkun indikata bħala t-tieni lingwa waħda mill-ħames lingwi tal-Uffiċċju: l-Ingliż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol. Dan ir-reġim lingwistiku japplika tul il-proċedura kollha tal-applikazzjoni u l-eżaminazzjoni sar-reġistrazzjoni, bl-eċċezzjoni tal-oppożizzjonijiet u t-talbiet anċillari. Oppożizzjoni jew talba għal kanċellazzjoni tista’ titressaq:

    • Skont kif jidher xieraq lill-opponent/applikant għal kanċellazzjoni, bl-ewwel jew bit-tieni lingwa tal-applikazzjoni għal EUTM jekk l-ewwel lingwi tkun waħda mill-ħames lingwi tal-Uffiċċju;
    • Bit-tieni lingwa jekk l-ewwel lingwa ma tkunx lingwa tal-Uffiċċju.
  • Liema jkunu r-rekwiżiti u l-istandards il-ġodda rigward it-traduzzjoni?

    Mill-1 ta’ Ottubru 2017 ’il quddiem, il-parti l-kbira tat-tipi ta’ evidenza jistgħu jibqgħu jitressqu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Fejn il-lingwa użata għall-evidenza ta' prova (bl-eċċezzjoni ta’ ċertifikati ta’ sottomissjoni, reġistrazzjoni jew tiġdid jew dispożizzjoni tal-liġi rilevanti) ma tkunx il-lingwa tal-proċedimenti, traduzzjoni issa se tkun meħtieġa biss fejn mitluba mill-Uffiċċju -– fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba raġonevoli mill-parti l-oħra. L-evidenza tal-karattru distintiv miksub jew tar-reputazzjoni taqa’ f’din il-kategorija.

    Madankollu, evidenza ta' prova (ċertifikati ta' sottomissjoni, reġistrazzjoni u tiġdid jew dispożizzjonijiet tal-liġi rilevanti) għad trid tiġi sottomessa bil-lingwa tal-proċedimenti (jew tradotta għal din il-lingwa) fiż-żmien stipulat għall-prova.

    Barra minn hekk, l-”istandard tat-traduzzjonijiet” kif stipulat fl-Artikolu 25 tal-EUTMIR huwa inqas esiġenti milli fil-passat. Fejn parti tkun indikat li partijiet biss mid-dokument huma rilevanti, it-traduzzjoni tista’ tiġi limitata għal dawk il-partijiet.

    Dawn it-tibdiliet iġibu magħhom benefiċċji reali għall-utenti tas-sistema tal-EUTM. Jiffaċilitaw l-ekonomija, is-simplifikazzjoni u ġeneralment inqas spejjeż.

  • Kif ikolli nippreżenta l-evidenza?

    L-evidenza mehmuża mas-sottomissjonijiet għandha tkun identifikata u indiċjata u b’mod ċar u trid tinkludi referenzi ċari. Ir-regoli l-ġodda dwar l-annessi b’mod ġenerali jirriflettu r-regoli tal-Qorti ġenerali (C.2., Skeda ta’ Annessi u C.3., Annesi).

  • Kif inbidlet il-komunikazzjoni mal-Uffiċċju?

    Il-mezzi ta' komunikazzjoni minn u mal-Uffiċċju nbidlu biex iqisu l-iżviluppi fit-teknoloġija tal-informazzjoni. B’mod partikolari:

    • Forom ta' komunikazzjoni li m'għadhomx jintużaw tneħħew, jiġifieri, it-twassil bl-idejn u d-depożitu f'kaxxa postali;
    • "Mezzi elettroniċi" huwa definit b'mod wiesa' sabiex issa jkopri l-faks u potenzjalment ħafna tipi oħrajn ta’ mezzi. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddetermina kemm u taħt liema kundizzjonijiet tekniċi jistgħu jintużaw dawn il-mezzi, u l-utenti se jiġu infurmati dwar kwalunkwe tibdila meta jkun il-waqt;
    • Referenza speċifika għal "telecopiers u mezzi tekniċi oħrajn" ta’ komunikazzjoni – li tkopri l-faks – titneħħa mil-leġiżlazzjoni sekondarja (iżda ara l-punt preċedenti dwar "mezzi elettroniċi");
    • "Courier" ġie introdott speċifikament bħala mezz ta' komunikazzjoni minn u mal-Uffiċċju flimkien mal-komunikazzjonijiet bil-posta.
  • Xorta nistaʼ nuża l-fax?
    • Mill-1 ta’ Ottubru 2017, flimkien mal-User Area (preżentata elettronika), il-fax jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ komunikazzjoni permezz ta’ “mezzi elettroniċi”, dan ifisser li t-tariffa bi skont għall-applikazzjonijiet EUTM u t-tiġdid tagħhom permezz ta’ mezzi elettroniċi fl-Anness I tal-EUTMR se tapplika għall-fax.
    • Mill-1 ta’ Jannar 2018, madankollu, il-fax mhux se jibqa’ aċċettat għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet EUTM jew it-tiġdid tagħhom minbarra bħala sistema ta’ backup kemm-il darba l-preżentata elettronika ma tkunx tista’ ssir minħabba ħsara teknika. F’dan il-każ l-applikanti jistgħu jiżguraw data għall-preżentazzjoni bil-fax jekk: (i) għall-applikazzjonijiet EUTM, jissottomettu mill-ġdid l-istess applikazzjoni permezz tal-preżentata elettronika fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol; (ii) għat-tiġdid tal-EUTM, jissottomettu l-applikazzjoni għat-tiġdid bil-fax mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol qabel l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien statutorju inizjali jew estiż għat-tiġdid. Dan huwa stipulat fid-Deċiżjoni Nru EX-17-4 tad-Direttur Eżekuttiv.
 
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 31-05-2018