Ir-Regolament il-ġdid dwar it-trademark tal-UE Bidliet li japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2017

Fit-23 ta’ Marzu 2016, ir-Regolament (UE) Nru 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-regolament dwar it-trademark Komunitarja (ir-Regolament Emendatorju) daħal fis-seħħ.

Fost affarijiet oħra, ir-Regolament Emendatorju biddel: l-isem tal-Uffiċċju tgħall-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea; l-isem tat-trademark li tingħata mill-Uffiċċju lit-trademark tal-Unjoni Ewropea; u s-sistema ta’ tariffi għat-trademarks. Kien hemm bidliet ukoll fil-proċedimenti tal-eżaminazzjoni, ir-raġunijiet assoluti, l-oppożizzjoni u l-kanċellazzjoni, ir-raġunijiet relattivi u l-appelli. Ħarsa ġenerali tal-bidliet tista’ tinstab hawn.

Ir-Regolament Emendatorju fih għadd ta’ dispożizzjonijiet li se japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2017, peress li dawn kellhom jiġu żviluppati minn leġiżlazzjoni sekondarja.

Il-leġiżlazzjoni sekondarja tikkonsisti mir-Regolament Delegat (UE) 2018/625 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1001 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/626 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2017/1001.

Il-leġiżlazzjoni sekondarja tinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji dettaljati li jistabbilixxu meta r-regoli proċeduriali l-ġodda japplikaw għall-proċedimenti (tabella tad-Dispożizzjonijiet Tranżitorji).

Il-proċess ta’ riforma leġiżlattiva jirrikonoxxi s-suċċess tas-sistema tal-EUTM, fejn jikkonferma li l-prinċipji ewlenin tagħha għaddew mill-prova taż-żmien u jkomplu jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tan-negozju. Madankollu, dan ifittex li jibni fuq dan is-suċċess billi jagħmilha aktar effiċjenti u konsistenti b’mod ġenerali u jadattaha għall-era tal-internet.

Ir-Regolament Emendatorju, b’mod partikolari, ifittex li jissimplika l-proċedimenti u jżid iċ-ċertezza tad-dritt, kif ukoll li jiddefinixxi b’mod ċar il-kompiti kollha tal-Uffiċċju, inkluż il-qafas għall-kooperazzjoni u l-konverġenza tal-prattiki bejn l-Uffiċċju u l-uffiċċji tal-proprjetà intellettwali tal-Istati Membri.

As and from 1 October 2017, there will be three main areas of change. Click on each section to get full details:

Il-kontenut ta’ din it-taqsima huwa għal informazzjoni u sensibilizzazzjoni ġenerali tar-Regolament dwar it-trademark tal-UE. Dawn mhumiex legalment vinkolanti.
Aħna nirrakkomandaw bis-sħiħ li l-utenti kollha jirreferu għar-Regolament (UE) Nru 2015/2424, disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.
Tajjeb tkun taf li l-Linji gwida tal-Uffiċċju jibqgħu l-punt ta' referenza ewlenin għall-utenti tas-sistema tat-trademark tal-Unjoni Ewropea u l-konsulenti professjonali li jridu jiżguraw li jkollhom l-aħħar informazzjoni dwar il-prattiki ta' eżaminazzjoni tal-EUIPO.

Informazzjoni relatata mal-bidliet li daħlu fis-seħħ fit-23 ta' Marzu 2016 jistgħu jinstabu hawnhekk.