Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Kif tagħmel tiftix avvanzat

'Tiftix avvanzat' jippermettilek tagħmel tiftix dettaljat bl-użu ta' ammont enormi ta' kriterji ta' tiftix. Tiftix avvanzat jista' jiġi adattat biex tfittex fost affarijiet oħra, kliem speċifiku, frażijiet li fihom sensiela ta' kliem jew karattri speċifiċi u normi legali.

L-opzjoni ta' tiftix avvanzat tippermettilek tfittex dokumenti fi kwalunkwe waħda mill-erba' tabs: Deċiżjonijiet dwar trade marks, Deċiżjonijiet dwar disinji, sentenzi tal-Qorti Nazzjonali jew Deċiżjonijiet preliminari. Innota li sentenzi tal-Qorti Nazzjonali jinsabu biss fit-tielet tab, filwaqt li t-tabs l-oħra fihom informazzjoni dwar l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

  • Tab tad-deċiżjonijiet dwar trade marks

    F'din it-tab tista' inti tapplika filtri taħt l-intestaturi li ġejjin:

    • Informazzjoni dwar deċiżjoni
    • Sidien u rappreżentanti
    • Eżaminazzjoni
    • Oppożizzjoni
    • Kanċellazzjoni
    • Bordijiet tal-Appell
    • Qorti Ġenerali/Qorti tal-Ġustizzja

    Kull waħda minn dawn is-sezzjonijiet tista' tespandi biex turi aktar kriterji ta' tiftix billi tikklikkja fuq il-vleġġa ppuntata 'l isfel vleġġa ppuntata 'l isfel. Biex taħbi sezzjoni, ikklikkja fuq il-vleġġa ppuntata 'l fuq vleġġa ppuntata 'l fuq.

  • Tab tad-deċiżjonijiet dwar disinji

    F'din it-tab inti tista' tapplika filtri taħt l-intestaturi li ġejjin:

    • Informazzjoni dwar deċiżjoni
    • Informazzjoni dwar applikazzjoni
    • Invalidità
    • Bordijiet tal-Appell
    • Qorti Ġenerali/Qorti tal-Ġustizzja

    Kull waħda minn dawn is-sezzjonijiet tista' tespandi biex turi aktar kriterji ta' tiftix billi tikklikkja fuq il-vleġġa ppuntata 'l isfel vleġġa ppuntata 'l isfel. Biex taħbi sezzjoni, ikklikkja fuq il-vleġġa ppuntata 'l fuq vleġġa ppuntata 'l fuq.

  • Tabs tas-sentenzi tal-Qorti Nazzjonali u Deċiżjonijiet preliminari

    L-oqsma kollha ta' tiftix huma attivi b'mod awtomatiku f'dawn iż-żewġ tabs. Oqsma ta' tiftix speċifiċi jistgħu jiżdiedu ħafna drabi, fejn jippermettulek, pereżempju, iżżid kliem ewlieni addizzjonali għall-istess tiftix.

  • Kriterji għal tiftix avvanzat

    L-opzjoni ta' tiftix avvanzat tippermettilek tagħmel tiftix dettaljat għal deċiżjonijiet u sentenzi relatati mal-IP fil-bażi ta' data tal-EUIPO.

    Il-kriterji ta' tiftix b'mod awtomatiku għat-tiftix avvanzat jidhru fuq in-naħa tal-lemin tal-eSearch Case Law. Kriterji ta' tiftix addizzjonali huma elenkati fuq in-naħa tax-xellug.

    Kif iżżid kriterji ta' tiftix
    Ikklikkja fuq il-kriterji ta' tiftix differenti fuq il-menù tan-naħa tax-xellug biex iżżidhom mat-tiftix tiegħek. Il-qasam tat-test korrispondenti jidher minnufih.

    Kif tneħħi kriterji ta' tiftix
    Biex tneħħi kriterji ta' tiftix mil-lista, ikklikkja fuq l-icon tat-tħassir 'X' fuq in-naħa tal-lemin tal-opzjoni li trid tneħħi.

    Biex tneħħi d-data mdaħħla f'qasam/fl-oqsma kollha u tirrisettja l-operaturi ta' tiftix kondizzjonali għall-issettjar awtomatiku tagħhom, ikklikkja fuq 'Neħħi' fil-qiegħ tat-tabella.

    Biex tirrisettja għall-kriterji ta' tiftix awtomatiku, ikklikkja fuq 'Irrisettja b'mod awtomatiku' fil-qiegħ tat-tabella.

  • Operaturi ta' tiftix kondizzjonali

    Operaturi ta' tiftix kondizzjonali (u, jew, mhux) jippermettulek tirfina t-tiftix tul diversi kriterji ta' tiftix. Dawn huma organizzati f'menùs li jittniżżlu fuq ix-xellug tal-oqsma ta' kriterji ta' tiftix. Japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    • u – tintuża biex jiġu inklużi termini addizzjonali f'tiftix;
    • jew – tintuża biex jiġu pprovduti termini alternattivi f'tiftix;
    • mhux – tintuża biex jiġu esklużi termini speċifiċi f'tiftix.

    Operaturi ta' tiftix kondizzjonali jaffettwaw biss il-kriterji ta' tiftix elenkati fuq l-istess linja.

  • Opzjonijiet dwar tiftix ta' test

    Il-kriterji ta' tiftix ta' test jużaw il-konvenzjonijiet li ġejjin:

    • 'Test' huwa definit bħala kwalunkwe karattru alfanumeriku. Kwalunkwe karattru jista' jiġi ttajpjat fil-qasam tat-test, iżda l-asterisk (*), il-punt interrogattiv (?), il-hyphen (-) u l-virgoletti doppji (" ") huma karattri 'ġeneriċi' speċjali b'funzjonijiet speċifiċi. Għal aktar informazzjoni dwarhom, ara s-sezzjoni hawn taħt dwar karattri ġeneriċi.
    • Il-qasam tat-test mhuwiex sensittiv għat-tipa: pereżempju, jekk tittajpja 'coke' ser ikollok l-istess riżultati daqslikieku ttajpjajt 'Coke'.
    • Is-sistema ta' tiftix mhijiex sensittiva għal karattri speċjali: pereżempju, jekk tittajpja 'Müller' ser ikollok l-istess riżultati daqslikieku ttajpjajt 'Muller'.
    • Il- karattri 'ġeneriċi' (*) jew (?) jistgħu jintużaw kullimkien f'terminu ta' riċerka fejn karattru wieħed jew aktar mhumiex magħrufa.
  • Karattri ġeneriċi

    Karattru 'ġeneriku' jista' jintuża biex tagħmel funzjonijiet speċjali fit-tiftix.

    Punt interrogattiv (?)
    Dan jissostitwixxi karattru wieħed li mhuwiex magħruf.

    Pereżempju, jekk tittajpja 'compl?ment', ir-riżultati ta' tiftix misjubin ser jinkludu kemm 'complement' kif ukoll 'compliment'.

    Jista' jiddaħħal aktar minn punt interrogattiv wieħed f'terminu ta' riċerka.

    N.B.: Punt interrogattiv ma jissostitwixxix spazju bejn il-karattri (mhux bħall-asterisk).

    Asterisk (*)
    Dan jissostitwixxi karattru wieħed jew aktar li mhumiex magħrufa (inklużi l-ispazji).

    Pereżempju, jekk tittajpja 'compl*ment', ir-riżultati ta' tiftix misjubin ser jinkludu kemm 'compliment' kif ukoll 'Complete Management'.

    L-asterisk tista' tintuża flimkien ma' punt interrogattiv f'terminu ta' riċerka.

    Pereżempju, meta tittajpja 'admis*' se jkun hemm riżultati li fihom il-kliem ammissjoni, ammissibbli u ammissibbiltà.

    Sett ta' virgoletti doppji (" ")
    Jekk tpoġġi kelma jew frazi bejn virgoletti doppji tkun qed tillimita t-tiftix għar-riżultati biss li jkun fihom dik il-frażi eżatta.

    Pereżempju, meta tittajpja "traduzzjoni ta' evidenza" din tirritorna biss dokumenti li fihom il-formulazzjoni 'traduzzjoni ta' evidenza', u ma tirritornax dokumenti li fihom 'traduzzjonijiet ta' evidenza' jew dokumenti bil-kelma 'traduzzjoni' iżda mhux segwita minnufih bi 'ta' evidenza'.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja