Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Reġistrazzjoni EDB

 

Biex tapplika għal kont fl-EDB, inti jkollok bżonn DPI validu rreġistrat fl-Unjoni Ewropea (UE). Id-DPI magħżul fit-talba għall-kont tiegħek jintuża biss matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni biex min qed jagħmel it-talba jiġi awtentikat bħala detentur ta’ drittijiet ta’ IP u biex tintbagħtlu/tinbagħtilha ittra fuq l-indirizz irreġistrat tal-kumpanija.
 
Jekk diġà għandek trademark jew disinn validi rreġistrati (nazzjonali, tal-UE jew internazzjonali) fi ħdan l-UE, inti tista’ titlob kont permezz tas-sistema online tagħna fil-pjattaforma tal-Bażi tad-Data tal-infurzar tal-EDB.
 
Jekk m’għandekx trademark jew disinn, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil: observatory.edb@euipo.europa.eu

Għal raġunijiet ta’ sigurtà, is-sid tad-DPI jirċievi ittra fiżika bis-servizz tal-kurrier fl-indirizz indikat fir-reġistru (tista’ tiġi indikata referenza). Din l-ittra jkun fiha l-kodiċi li jrid jerġa’ jintbagħat lura lilna permezz ta’ e-mail fuq observatory.edb@euipo.europa.eu. Aħna mbagħad nibagħtulek link għal kont tal-utent fejn inti tkun tista’ tissettja password. Wara tintbagħat ittra oħra b’PIN SAFE għal awtentikazzjoni sikura. Inti jkollok bżonn il-PIN SAFE ladarba tkun illoggjajt biex iddaħħal informazzjoni dwar il-prodott.

Ir-reġistrazzjoni u l-użu tal-EDB huma kompletament bla ħlas.
 
L-EUIPO, permezz tal-Osservatorju tal-UE, skont ir-Regolament (UE) Nru 386/2012, joħloq u jiżviluppa għodod tekniċi għall-prevenzjoni u għall-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-IP u biex jiddistingwi l-prodotti ġenwini minn dawk foloz.



L-EDB hija mibnija fuq żewġ saffi. L-informazzjoni l-aktar sensittiva hija protetta taħt PIN SAFE. Inti se jkollok bżonn il-PIN SAFE ladarba tkun illoggjajt biex iddaħħal informazzjoni dwar il-prodott jew biex taċċessa l-informazzjoni tal-Applikazzjoni għal Azzjoni (AFA). Fil-Portafoll tal-Prodott, għandek tikklikkja fuq żblokka l-operazzjoni:
      
                                                                                                                                                                                                                                                                                                                                          


Dejjem tista’ tuża l-istess PINsafe. M’hemmx bżonn li titlob PINsafe ġdid kull darba li taċċessa l-għodda.
 
Il-PINsafe jikkonsisti f’erba’ numri. Inti trid iddaħħal l-ittri fit-tieni ringiela li tikkorrispondi man-numri tal-PINsafe tiegħek fl-ewwel ringiela. Dan huwa eżempju:

 


Jekk il-PINsafe kien “1386”, il-kodiċi li trid iddaħħal ikun “THDB”.
 
Pożizzjoni 1 -> T
Pożizzjoni 3 -> H
Pożizzjoni 8 -> D
Pożizzjoni 6 -> B
 
Jekk jogħġbok kun af li l-ittri jridu jinkitbu b’ITTRi KBAR.

Jekk dħalt fl-għodda iżda ma rċevejtx il-PIN SAFE, tista’ titlob PIN ġdid taħt l-immaġni bin-numri u l-ittri billi tikklikkja fuq Itlob PIN ġdid.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 02-08-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x