Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Informazzjoni dwar il-Kumpanija u l-Prodott

 


Il-“kont rappreżentattiv” jinħoloq b’mod awtomatiku l-ewwel darba li r-rappreżentant jinħatar bħala tali f’wieħed mill-kontijiet tal-klijent tiegħu.
 
Il-“kont rappreżentattiv” jippermettilek li taċċessa l-kontijiet tal-klijenti differeti tagħhom b’password waħda. Inti jkollok “portafoll ta’ kumpanija” bil-klijenti tiegħek u tista’ ddaħħal diversi kontijiet. Ladarba jkollok profil maħluq fl-EDB, kwalunkwe detentur tad-drittijiet ieħor jista’ jagħżel l-uffiċċju/il-kumpanija legali tiegħek u jaħtrek bħala r-rappreżentant tiegħu fl-EDB.


Fil-preżent, id-dwani kollha tal-UE għandhom aċċess għall-EDB. Barra minn hekk, numru ta’ forzi tal-pulizija diġà għandhom aċċess għall-EDB, inklużi l-aġenziji tal-UE Europol u l-aġenzija tal-UE kontra l-frodi OLAF. In-numru ta’ forzi tal-pulizija li jaċċessaw l-għodda qiegħed jiżdied kontinwament.
 
Minħabba l-importanza li jkun hemm kuntatt mad-detenturi tad-drittijiet, l-awtoritajiet ta’ infurzar kollha rreġistrati fl-EDB għandhom aċċess għall-informazzjoni dwar data ġenerali tal-Kumpanija dwar il-kumpaniji billi din il-parti hija miftuħa għalihom b’mod awtomatiku.
 
Il-livell ta’ informazzjoni dwar il-Prodott (Portafoll tal-Prodott) jinkludi informazzjoni dettaljata u sensittiva dwar il-prodotti. Din hija protetta b’PINsafe u teħtieġ li tkun IKKONDIVIŻA b’mod attiv mal-awtoritajiet ta’ infurzar biex tkun viżibbli għalihom.
 


Se tinfetaħ tieqa b’relazzjoni tal-awtoritajiet ta’ infurzar kollha li għandhom aċċess għall-EDB li tipprovdilek il-possibbiltà li tiddeċiedi speċifikament liema awtoritajiet ta’ infurzar trid li tikkondividi magħhom l-informazzjoni li tellajt dwar il-prodotti tiegħek. Jekk tixtieq li tikkondividiha mal-awtoritajiet kollha li jaġixxu fl-EDB, jekk jogħġbok immarka l-kaxxa “Agħżel Kollox”.



L-EUIPO m’għandu aċċess għall-ebda informazzjoni mtella’ mid-detenturi tad-drittijiet. Madankollu, it-tim tal-EDB għandu aċċess għall-istatistika dwar il-kontenut tal-għodda.

M’hemmx għalfejn ittella’ kull prodott tal-kumpanija tiegħek. Fl-EDB, “Prodott” jista’ jkopri firxa ta’ prodotti b’karatteristiċi simili protetti taħt l-istess DPI u li jikkondividu kanali ta’ loġistika u ta’ distribuzzjoni simili (hawnhekk tkopri “familji ta’ prodotti”, daqsijiet, differenzi fil-kulur, xebħ, eċċ.) Tista’ żżid ritratti differenti taħt l-istess isem tal-prodott.
 
Barra minn hekk, tista’ tikklassifika l-prodotti tiegħek billi tuża l-qasam Kategorija. Il-kategorizzazzjoni tista’ tgħinek tirrelata prodotti simili u tiffiltrahom fit-tabella tal-Portafoll tal-Prodott. Din il-kategorizzazzjoni hija utli wkoll għall-funzjonalità tal-edizzjoni multipla, billi huwa possibbli li taġġorna l-prodotti kollha b’kategorija partikolari.
 

Id-daqs massimu tad-dokumenti/tal-vidjows huwa ta’ 1.5 MB u l-isem tal-fajl ma jistax jaqbeż il-100 karattru.

Huwa importanti ħafna li tassoċja l-prodotti tiegħek mill-Portafoll tal-Prodott mad-DPI tiegħek inklużi fil-Portafoll tad-DPI taħt l-Informazzjoni tal-Kumpanija (obbligatorja għall-Applikazzjoni għal Azzjoni tad-dwana).
 
Biex tagħmel hekk, idħol fil-Portafoll tal-Prodott u agħżel il-prodott korrispondenti. Imbagħad, ikklikkja fuq Ara d-DPI relatat ma’ dan il-Prodott u mbagħad Żid Drittijiet ta’ Proprjetajiet Intellettwali ġodda mal-Prodott.



Agħżel id-DPI relatati mill-Portafoll ta’ DPI tiegħek (li inti tkun tellajt qabel fl-EDB minn TMview u minn DesignView għat-trademarks u d-disinji tiegħek) jew dawk li ddaħħlu għal drittijiet ta’ IP oħra (privattivi, indikazzjonijiet ġeografiċi, drittijiet tal-awtur, eċċ.).

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 25-06-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja