Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Dashboard

Fit-Taqsima tad-Dashboard tal-User Area tiegħek tista' tara t-trademarks tal-Unjoni Ewropea (EUTMs) kollha, id-disinni Komunitarji rreġistrati b'mod kunfidenzjali (RCDs), l-RCDs Pubbliċi u l-Oppożizzjonijiet. Barra minn dan, għandek il-possibbiltà li tara links ta' malajr u toħloq alternattivi biex tfittex applikazzjonijiet bħal eSearch plus.

It-Taqsima tad-Dashboard fil-User Area

Aċċessa t-taqsima tad-Dashboard permezz tas-sinjal tal-User Area fit-taqsima tal-intestatura tal-iskrin tiegħek. Id-Dashboard tinfetaħ awtomatikament.

Uża l-maws biex tqiegħdu fuq l-elementi murija fid-dehra tat-tabella; se titfaċċa pop-up li turi informazzjoni addizzjonali.

Hemm erba' tabs fit-taqsima tad-Dashboard tal-User Area:

  • EUTM

  • RCD kunfidenzjali

  • RCD Pubbliku

  • Oppożizzjonijiet

  • Dehra tat-tabella u dehra fid-dettall

    Tista' tagħżel li tara d-data għat-taqsimiet tal-EUTM, l-RCD Kunfidenzjali u l-RCD Pubbliċi fid-'Dehra tat-tabella' (awtomatika) jew fid-'Dehra fid-dettall' billi tikklikkja fuq l-icons fin-naħa ta' fuq tal-lemin tal-wiri Icons tad-dehra tat-tabella u d-dehra fid-dettall

    Nota: L-oppożizzjonijiet jintwerew biss fid-dehra tat-tabella.

    Status
    Preżentazzjoni (trademark, disinn jew oppożizzjoni) tista' tkun fi stadji differenti tal-proċess tal-applikazzjoni. Dan jintwera fil-kolonna 'Status'.

    Fid-dehra tat-tabella, mur fuq l-icon "Icon tal-istatus" u jkun hemm pop up li tagħti l-informazzjoni dwar l-istatus tal-fajl.

    Fid-dehra fid-dettall, l-istatus jintwera awtomatikament f'waħda mill-oqsma.

    Nota: Meta disinn jiġi ppubblikat, tista' tara l-informazzjoni fit-tab RCD Pubbliku. Meta disinn ikun fl-istadju ta' applikazzjoni, wieħed jista' jara d-dettalji fit-tab RCD Kunfidenzjali. Meta disinn jiġi differit, is-sid/ir-rappreżentant jara l-informazzjoni tad-disinn kemm fit-tab RCD Pubbliku kif ukoll fit-tab RCD kunfidenzjali (juri dettalji kunfidenzjali). Fl-istess ħin, utenti oħrajn jaraw disinn differit fit-tab RCD Pubbliku biss, fejn tintwera informazzjoni limitata.

  • L-iffiltrar u t-tqassim tad-data

    Id-data li tintwera fid-dehra tat-tabella tista' tiġi ffiltrata u tista' titqassam billi tuża l-opzjonijiet awtomatiċi mniżżla fil-filtru tal-menù li jinżel jew permezz ta' filtri maħluqa bl-użu tar-rekwiżiti tiegħek.

    Tqassim ta' data

    Oħloq filtru ġdid
    Biex toħloq filtru ġdid ikklikkja fuq il-vleġġa biex tkabbar il-menù, imbagħad agħżel 'Oħloq filtru ġdid'. Tieqa oħra tinfetaħ bl-opzjonijiet disponibbli. Fil-lista li titfaċċa, ikklikkja fuq l-icon '+' biex tara xi opzjonijiet addizzjonali.

    L-iffiltrar tad-data

    Ladarba l-opzjonijiet ikunu speċifikati, il-filtru jista' jinħażen billi tagħżel il-kaxxa rilevanti 'Aħżen il-filtru'; għandu jingħata isem lill-filtru l-ġdid. Fl-aħħar, ikklikkja fuq il-buttuna mmarkata 'Filtru' biex tlesti l-kompitu.

  • Tabs ta' Azzjonijiet

    Hawn taħt tista’ ssib lista ta’ tabs ta’ azzjonijiet (u l-funzjonijiet tagħhom) disponibbli fit-taqsima tad-Dashboard.

    Dehra tat-tabella
    Biex tattiva t-tabs ta’ azzjoni mid-dehra tat-tabella kklikkja waħda mill-kaxxi ta’ verifika fuq in-naħa tax-xellug tat-tabella.

    Tabs ta’ azzjonijiet

    Dehra fid-dettall
    Biex tattiva t-tabs ta’ azzjonijiet mid-dehra fid-dettall agħżel il-kaxxa ta’ verifika fuq in-naħa ta’ fuq tax-xellug tal-intestatura.

    Tabs ta’ azzjonijiet

    Żid noti ġodda

    • Żid nota ma’ element uniku: ikklikkja fuq l-ikona ‘Żid nota ġdida’ Żid ikona ta’ nota ġdida fin-naħa tal-lemin tar-ringiela fid-dehra tat-tabella. Żid in-nota billi ddaħħal l-informazzjoni fit-tieqa pop-up.

    • Żid nota ma’ elementi multipli: Agħżel il-kaxxa(kaxxi) fuq in-naħa tax-xellug tar-ringieli fid-dehra tat-tabella Ikona tal-kaxxa ta’ verifika jew fuq in-naħa ta’ fuq tax-xellug fid-dehra fid-dettall u mbagħad ikklikkja l-buttuna ‘Editja n-noti’ fit-taqsima tat-tabs ta’ azzjonijiet.

      Il-buttuna editja n-noti fit-taqsima tat-tabs ta’ azzjonijiet

      Żid in-nota billi ddaħħal l-informazzjoni fit-tieqa pop-up.

    Editjar tan-noti

    • Editjar ta’ nota unika: meta tiżdied nota ma’ element fil-lista, l-ikona ta’ ħdejha tiskura Ikona tal-editjar tan-noti
      Ikklikkja fuq l-ikona skura fuq in-naħa tal-lemin tar-ringiela fid-dehra tat-tabella. Editja n-nota billi ddaħħal l-informazzjoni fit-tieqa pop-up.

    • Editjar ta’ noti multipli: agħżel il-kaxxa(kaxxi) ta’ verifika fuq in-naħa tax-xellug u mbagħad ikklikkja l-buttuna ‘Editja n-nota’ fit-taqsima tat-tabs ta’ azzjonijiet. Editja n-nota billi ddaħħal l-informazzjoni fit-tieqa pop-up.

    Tiġdid
    Agħżel il-kaxxa (kaxxi) ta’ verifika fuq in-naħa tax-xellug tar-ringiela fid-dehra tat-tabella jew fuq in-naħa ta’ fuq tax-xellug fid-dehra fid-dettall u mbagħad ikklikkja l-buttuna ‘Tiġdid’ fit-taqsima tat-tabs ta’ azzjonijiet.

    Din il-funzjoni se tkun disponibbli biss għal trademarks u disinji li jkunu waslu biex jiġġeddu.

    Talba għal spezzjoni
    Tista’ tagħmel talba għal spezzjoni għal fajl wieħed kull darba.

    Meta tikklikkja l-buttuna ‘Talba għal spezzjoni’ terġa’ tinbagħat lura għal formola ta’ talba online. Se tinfetaħ tieqa ġdida; it-talba għal spezzjoni tiegħek tista’ ssir minn hawn.

    Ibdel ir-referenza
    Oħloq ID ta’ referenza personali ġdida għall-applikazzjoni tiegħek. Agħżel il-kaxxa ta’ verifika fuq in-naħa tax-xellug tar-ringiela fid-dehra tat-tabella mbagħad ikklikkja l-buttuna ‘Ibdel ir-referenza’ fit-taqsima tat-tabs ta’ azzjonijiet. Daħħal ID ta’ referenza personali ġdida fil-qasam ipprovdut fit-tieqa pop-up. Din il-funzjonalità mhix disponibbli għal Reġistrazzjonijiet Internazzjonali.

    Fittex trademarks simili
    Meta tikklikkja din l-għażla terġa’ tinbagħat lura għal TMview fejn tista’ tfittex trademarks simili.

  • Aċċessa eSearch plus mid-Dashboard

    Fid-dehra tat-tabella, ikklikkja fejn trid fuq il-linja tad-data biex terġa' tinbagħat lura biex tara l-element magħżul f' eSearch plus.

    Fid-dehra fid-dettall, ikklikkja fuq l-isem tal-marka/tad-disinn jew il-link 'Dehra f'eSearch plus' biex terġa' tinbagħat lura biex tara l-element magħżul f' eSearch plus.

  • Żid wiġits

    Il-buttuna 'Żid wiġits' Żid il-buttuna wiġits fuq in-naħa tal-lemin t'isfel tal-paġna tagħtik l-għażla li żżid wiġits ġodda mad-dashboard tiegħek għall-funzjonijiet li ġejjin:

    • Links ta' malajr

    • TMview

    • eSearch plus

    • Formoli online

    • Każistika tal-eSearch

    Ikklikkja fuq il-buttuna 'Żid wiġits' u agħżel il-wiġit li trid iżżid mil-lista li tinżel. Il-wiġit imbagħad titfaċċa fuq in-naħa t'isfel tal-paġna. Biex tneħħi l-wiġit ikklikkja fuq l-'x' fl-intestatura.

    Portlet ta' links ta' malajr
  • Links ta' malajr

    Il-Wiġit ta' links Ta' Malajr tippermettilek iżżid links għal informazzjoni li int trid taċċessa faċilment; billi telimina l-ħtieġa li tfittex fid-data maħżuna kollha tiegħek.

    L-ewwel jeħtieġ li toħloq Wiġit ta' Links Ta' Malajr fil-User Area tiegħek.

    Ladarba l-Wiġit ta' Links Ta' Malajr tkun attiva, tista' tfittex links li tista' żżid magħha. Meta tfittex fis-sit web, fuq in-naħa t'isfel tan-navigazzjoni ssib l-opzjoni li żżid paġna għall-Wiġit ta' Links Ta' Malajr; hija rrappreżentata b'dan is-simbolu . Ikklikkja fuqha u żid il-link mal-wiġit tiegħek.

    Neħħi link ta' malajr

    • Fil-Wiġit ta' Links ta' malajr tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna editja li hi rappreżentata b'icon ta' pinna

    • Ħdejn il-links magħżula tiegħek tintwera 'x', ikklikkja fuqha biex tneħħi l-link ta' malajr. Ikklikkja fuq 'aħżen.'

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja