Marki taʼ ċertifikazzjoni

Marki taʼ ċertifikazzjoni

Marki taʼ ċertifikazzjoni huma tip ġdid taʼ trademarks fuq livell tal-UE, għalkemm ilhom jeżistu għal xi snin fʼċerti sistemi fuq livell nazzjonali fl-UE.

Il-marka taʼ ċertifikazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija definita bħala marka li hi "kapaċi tiddistingwi prodotti jew servizzi li huma ċċertifikati mill-proprjetarju tal-marka fir-rigward tal-materjal, il-mod taʼ manifattura tal-prodotti jew tal-prestazzjoni tas-servizzi, il-kwalità, l-eżattezza jew karatteristiċi oħrajn, bl-eċċezzjoni tal-oriġini ġeografika, mill-prodotti u s-servizzi li mhumiex iċċertifikati bʼdan il-mod."

Essenzjalment, marka taʼ ċertifikazzjoni tal-UE hija relatata mal-garanzija taʼ karatteristiċi speċifiċi taʼ ċerti prodotti u servizzi.

Din tindika li l-prodotti u s-servizzi li jkollhom il-marka jikkonformaw maʼ standard speċifiku stabbilit fir-regolamenti dwar l-użu u kkontrollat taħt ir-responsabbiltà tas-sid tal-marka taʼ ċertifikazzjoni, irrispettivament mill-identità tal-impriża li fil-fatt tipproduċi jew tipprovdi l-prodotti u s-servizzi in kwistjoni u fil-fatt tuża l-marka taʼ ċertifikazzjoni.

L-applikanti għal marki taʼ ċertifikazzjoni għandhom jinkludu dikjarazzjoni fl-applikazzjonijiet tagħhom li huma jgħidu li qed japplikaw għal marka taʼ ċertifikazzjoni tal-UE.

Ir-regolamenti dwar l-użu jikkostitwixxu l-qofol tal-marka taʼ ċertifikazzjoni . Dawn għandhom jiġu ppreżentati fi żmien xahrejn mill-applikazzjoni u jeħtieġ li jinkludu, bʼmod partikolari:

  • il-karatteristiċi tal-prodotti jew tas-servizzi li għandhom jiġu ċċertifikati;
  • il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu tal-marka taʼ ċertifikazzjoni;
  • il-miżuri taʼ ttestjar u taʼ sorveljanza li għandhom jiġu applikati mis-sid tal-marka taʼ ċertifikazzjoni.

Hemm żewġ limitazzjonijiet importanti għal marka taʼ ċertifikazzjoni tal-UE. L-ewwel, is-sid tagħha ma jistax ikun persuna li jkollha negozju li jinvolvi il-forniment tal-prodotti u s-servizzi tat-tip iċċertifikat. Is-sid taʼ marka taʼ ċertifikazzjoni huwa prekluż milli juża l-marka għall-prodotti jew is-servizzi ċċertifikati koperti. It-tieni, ma tistax tiġi ppreżentata għall-finijiet taʼ distinzjoni taʼ prodotti jew servizzi ċċertifikati fir-rigward tal-oriġini ġeografika.

Marki taʼ ċertifikazzjoni jenħtieġ li jiġu applikati għall-prodotti u s-servizzi li ser jiġu ċċertifikati mis-sid tal-marka. Il-lista tal-prodotti u s-servizzi taʼ marka taʼ ċertifikazzjoni tal-UE li għaliha ssir applikazzjoni għandha tiġi inkluża wkoll fir-regolamenti dwar l-użu.

Marka taʼ ċertifikazzjoni tiswa EUR 1 500 jekk l-applikazzjoni għaliha ssir bʼmezzi elettroniċi.

Aktar informazzjoni dwar it-tariffi

As and from 1 October 2017, there will be three main areas of change. Click on each section to get full details:

Il-kontenut ta’ din it-taqsima huwa għal informazzjoni u sensibilizzazzjoni ġenerali tar-Regolament dwar it-trademark tal-UE. Dawn mhumiex legalment vinkolanti.
Aħna nirrakkomandaw bis-sħiħ li l-utenti kollha jirreferu għar-Regolament (UE) Nru 2015/2424, disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE.
Tajjeb tkun taf li l-Linji gwida tal-Uffiċċju jibqgħu l-punt ta' referenza ewlenin għall-utenti tas-sistema tat-trademark tal-Unjoni Ewropea u l-konsulenti professjonali li jridu jiżguraw li jkollhom l-aħħar informazzjoni dwar il-prattiki ta' eżaminazzjoni tal-EUIPO.

Informazzjoni relatata mal-bidliet li daħlu fis-seħħ fit-23 ta' Marzu 2016 jistgħu jinstabu hawnhekk.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 04-08-2017