Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Mistoqsijiet Basiċi

 



Skond id-definizzjoni mogħtija fir-regolament tad-disinn Komunitarju “disinn” tfisser id-dehra ta’ prodott fl-intier tiegħu jew f’parti minnu li tirriżulta mill-karatteristiċi ta’, b’mod partikolari, il-linji, il-konfigurazzjoni, il-kuluri, l-għamla, in-nisġa u/jew il-materjali tal-prodott innifsu u/jew tal-ornamentazzjoni tiegħu.

Għall-protezzjoni tad-disinn Komunitarju, disinn irid ikun ġdid u jkollu karattru individwali.
Hemm żewġ tipi ta’ disinni Komunitarji:
  • disinn Komunitarju mhux irreġistrat; u
  • disinn Komunitarju rreġistrat.

Id-disinn Komunitarju rreġistrat huwa disinn irreġistrat bil-mod previst fir-regolament tad-disinn Komunitarju. Disinn huwa ddefinit bħala ‘d-dehra ta’ prodott fl-intier tiegħu jew f’parti minnu li tirriżulta mill-karatteristiċi ta’, b’mod partikolari, il-linji, il-konfigurazzjoni, il-kuluri, l-għamla, in-nisġa u/jew il-materjali tal-prodott innifsu u/jew tal-ornamentazzjoni tiegħu’. Sir af jekk id-disinn tiegħek jikkwalifikax għar-reġistrazzjoni.

Id-disinn Komunitarju mhux irreġistrat huwa disinn li jikkonforma mar-rekwiżiti tar-regolament tad-disinn Komunitarju u li jkun sar disponibbli għall-pubbliku billi jkun ippubblikat, esibit, użat fil-kummerċ jew inkella żvelat b'tali mod li, fil-kors normali tan-negozju, dawn l-avvenimenti setgħu jsiru magħrufa b'mod raġjonevoli liċ-ċrieki speċjalizzati fis-settur ikkonċernat, li joperaw ġewwa l-Komunità.
Id-disinn m’għandux jitqies li jkun disponibbli għall-pubbliku għar-raġuni biss li dan ikun ġie żvelat lil terza persuna taħt kundizzjonijiet espliċiti jew impliċiti ta’ konfidenzjalità.

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni huwa l-istess. It-tnejn li huma għandhom karattru unitarju fl-Unjoni Ewropea kollha u għandhom l-istess rekwiżiti għall-protezzjoni, bħan-novità u l-karattru individwali.
Madankollu, id-drittijiet mogħtija huma differenti. L-RCDs jintitolaw lid-detenturi għal drittijiet esklussivi biex jużaw, jagħmlu, joffru, iqiegħdu fis-suq, jimportaw, jesportaw jew jaħżnu prodotti li jinkorporaw id-disinn protett, u jipprevjenu lill-oħrajn milli jagħmlu hekk bil-prodotti li jinkorporaw id-disinn protett u li ma jipproduċux impressjoni globali differenti.
Id-detenturi tal-UCDs jistgħu biss jipprevjenu lill-oħrajn milli jużaw id-disinn f’livell kummerċjali jekk l-użu jirriżulta minn ikkupjar. Konsegwentement, m’hemm l-ebda ksur jekk id-disinn inħoloq b’mod indipendenti minn disinjatur ieħor (li jista’ jagħti prova li ma kienx konxju tal-eżistenza tad-disinn protett).

Aktar informazzjoni dwar il-kunċett wara d-disinn fil-kuntest tal-Proprjetà Intellettwali (IP).

Disinn Komunitarju rreġistrat (RCD) jagħti drittijiet esklussivi li jkopru d-dehra minn barra ta’ prodott, jew parti minnu, li tirriżulta mill-karatteristiċi ta’, b’mod partikolari, il-linji, il-kontorni, il-kuluri, l-għamla, in-nisġa u/jew il-materjali tal-prodott innifsu u/jew l-ornamentazzjoni tiegħu. Il-fatt li d-dritt huwa rreġistrat jagħti lid-disinn ċertezza kbira jekk iseħħ xi ksur. RCD inizjalment huwa validu għal 5 snin mid-data tal-preżentazzjoni u jista’ jiġġedded għal perjodi ta’ ħames snin, sa massimu ta’ 25 sena.
 
Aktar informazzjoni dwar disinni fl-UE.

Disinn Komunitarju rreġistrat huwa inizjalment validu għal 5 snin mid-data tal-preżentazzjoni u jista’ jiġġedded għal perjodu ta’ ħames snin, sa massimu ta’ 25 sena, filwaqt li disinn mhux irreġistrat jagħti biss protezzjoni għal 3 snin mid-data tal-ewwel żvelar tiegħu fit-territorju tal-UE.

Aktar informazzjoni dwar il-perjodu ta’ validazzjoni tar-reġistrazzjoni tad-disinn u kif tapplika.

Id-disinni Komunitarji jużaw biss proċedura ta’ reġistrazzjoni waħda, li tipprovdi lid-detenturi bi protezzjoni b’saħħitha u uniformi fit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
Dan ifisser formalitajiet issimplifikati bi:
  • applikazzjoni waħda,
  • lingwa tal-preżentata waħda,
  • ċentru amministrattiv wieħed,
  • il-ġestjoni ta’ fajl wieħed,
  • pagament wieħed,
  • il-possibbiltà li jiġu ppreżentati applikazzjonijiet multipli (jiġifieri li jiġu inklużi diversi disinni f’applikazzjoni waħda, bħal firxa sħiħa ta’ prodotti simili),
  • il-possibbiltà li d-disinn jinżamm mhux żvelat għal massimu ta’ 30 xahar (biex b’hekk ma jiġix żvelat lill-kompetituri).
Li wieħed ikollu RCD jagħti lid-detentur tiegħu d-dritt esklussiv li jużah u jipprevjeni lil kwalunkwe parti terza li ma jkollhiex il-kunsens tiegħu milli tużah.

Aktar informazzjoni dwar il-vantaġġi tad-disinn Komunitarju.

Le. Materjali speċifiċi ma jistgħux jiġu protetti minn disinn Komunitarju.
Hija d-dehra tal-prodott li jiġi applikat id-disinn għalih li hija protetta, għalkemm l-użu ta’ materjali speċifiċi bħall-injam jista’ jżid xi ħaġa ma’ din id-dehra minn barra.
Id-dritt mogħti mhux se jagħti d-dritt esklużiv li jiġi manifatturat prodott speċifiku tal-injam. Il-kompetituri xorta jkunu jistgħu jimmanifatturaw il-prodott tagħhom tal-injam jekk id-disinn tagħhom jissodisfa r-rekwiżiti ta’ novità u karattru individwali.

Eżempji ta’ disinni
Kriterji għall-applikazzjoni tad-disinn.

Eżempju ta' dan huma l-parts tal-karozzi bħal mirja tal-ġenb, bampers, bonits jew dwal.
Jekk ikunu viżibbli matul l-użu normali ta’ prodott kumpless, dawn mhumiex neċessarjament esklużi minn reġistrazzjoni iżda jkollhom protezzjoni limitata. Huwa possibbli li jiġu prodotti u jinbiegħu tali komponenti reġistrati speċifikament biex jissewwa prodott oriġinali mingħajr ma jinkiser id-disinn Komunitarju rreġistrat. Jekk ma jkunux viżibbli fl-użu normali, dawn mhumiex se jiġu esklużi mill-protezzjoni permezz ta’ reġistrazzjoni, iżda mhumiex se jibbenefikaw mill-protezzjoni legali mogħtija lid-disinji Komunitarji peress li l-EUIPO ma jwettaq l-ebda eżaminazzjoni sostantiva qabel ir-reġistrazzjoni.

Sistema modulari hija numru ta’ oġġetti li huma ddisinjati biex ikunu mqabbda b’diversi modi. Eżempju tipiku huma l-blokok tal-bini jew madum għat-tfal. Dan il-kunċett huwa wkoll ta’ rilevanza partikolari għall-industrija tal-għamara peress li jinkludi oġġetti bħal desks u mwejjed, li jistgħu jikkonsistu minn numru ta’ mwejjed iżgħar li jistgħu jintramaw f’konfigurazzjonijiet alternattivi.

Għal aktar tagħrif, jekk jogħġbok ikkonsulta:

L-interkonnessjonijiet huma karatteristiċi tal-prodott li jippermettu li jiġi mmuntat jew konness b’mod mekkaniku ma’ prodott ieħor, pereżempju konnessjoni bi plagg jew pajp tal-egżost. Dawn irid ikollhom forom u qisien speċifiċi biex jitwaħħlu f’karozza.
Ġeneralment, l-interkonnessjonijiet ma jinkludux konfigurazzjonijiet alternattivi bħal fil-każ ta’ sistemi modulari.
L-applikazzjonijiet biex jiġu rreġistrati l-'interkonnessjonijiet' mhumiex se jiġu esklużi mill-protezzjoni permezz ta’ reġistrazzjoni, iżda mhumiex se jibbenefikaw mill-protezzjoni legali mogħtija lil disinn Komunitarju peress li l-EUIPO ma jwettaq l-ebda eżaminazzjoni sostantiva qabel ir-reġistrazzjoni.

Huwa possibbli li jinkisbu ż-żewġ forom ta’ protezzjoni.
Disinn Komunitarju se jkun protett jekk jissodisfa r-rekwiżiti legali ta’ novità u karattru individwali fl-istess ħin tal-preżentata. Il-protezzjoni mogħtija minn disinn Komunitarju testendi għal-linji, kontorni, kuluri, għamla u/jew nisġa ta’ prodott li tiġi applikata għalih jew li tinkorporahom.
Trademark tridimensjonali tal-UE tiġi rreġistrata jekk il-prodott innifsu jkun ikkunsidrat bħala sinjal li jiddistingwi l-prodotti tal-applikant minn dawk ta’ persuna oħra jew impriża f’negozju simili. Il-protezzjoni mogħtija minn trademark tal-UE hija relatata mal-karattru distintiv tas-sinjal innifsu meta mqabbel ma’ riproduzzjonijiet u sinjali identiċi b’similaritajiet viżivi, fonetiċi jew kunċettwali li jwasslu għal probabbiltà ta’ konfużjoni.
Pereżempju, huwa possibbli li jiġi protett l-imballaġġ kemm bħala trademark tal-UE kif ukoll bħala disinn Komunitarju rreġistrat jekk jissodisfa r-rekwiżiti legali korrispondenti: għamla ġdida ssir sinonima mal-prodotti/mas-servizzi ta’ kumpanija u mbagħad tista’ tiġi rreġistrata bħala trademark, kif ukoll tiġi rreġistrata bħala disinn Komunitarju abbażi tal-karattru individwali u n-novità tagħha.
 
Ara eżempji ta' trademarks 3D fil-Linji Gwida, Parti B, Eżaminazzjoni, Taqsima 2, Formalitajiet, paragrafu 9.3.
Aktar tagħrif dwar id-disinji.

Reġistrazzjoni ta' marka ta' forma tipproteġi l-karattru distintiv tas-sinjal meta mqabbel mas-sinjali eżistenti l-oħrajn li jkunu qegħdin jintużaw għall-istess prodotti jew servizzi, filwaqt li r-reġistrazzjoni ta' disinn tipproteġi n-novità u l-karattru distintiv ta’ prodott.
Il-karatteristika ta' novità ma tapplikax għat-trademarks u l-karatteristika tad-distintività ma tapplikax għad-disinji.
Trademark ma għandha ebda limitu ta’ żmien (tista’ tiġġedded b’mod indefinit għal perjodi ta’ 10 snin), filwaqt li disinn Komunitarju rreġistrat għandu perjodu massimu ta’ 25 sena mid-data tal-preżentata.

Privattiva tkopri l-funzjoni, it-tħaddim jew il-kostruzzjoni ta’ invenzjoni. Privattiva tista’ tingħata għal kwalunkwe invenzjoni, fl-oqsma kollha tat-teknoloġija, sakemm tkun ġdida, tinvolvi pass inventiv u hija suxxettibbli għal applikazzjoni industrijali.
Għal aktar tagħrif dwar il-privattivi, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Reġistru Ewropew tal-Privattivi.
Disinn ikopri biss id-dehra ta’ prodott. Disinn ma jipproteġix il-funzjoni ta’ prodott.
Meta jipproteġu prodott kemm bi privattiva kif ukoll b’reġistrazzjoni ta’ disinn (jiġifieri prodott ġdid jista’ jinkludi perfettament kemm funzjonijiet ġodda kif ukoll dehra ġdida), il-ħin tal-applikazzjonijiet ikun kruċjali, peress li għandu jiġi żgurat li l-pubblikazzjoni ta’ wieħed jew ieħor mid-drittijiet ma tipprekludix is-sejba tan-novità għall-applikazzjoni l-oħra.
 

Mudell ta’ utilità huwa dritt esklużiv mogħti għal innovazzjoni. Huwa simili għal privattiva u xi drabi jissejjaħ 'privattiva minuri' jew 'privattiva ta’ innovazzjoni'. Jista’ jingħata lil kwalunkwe persuna li tivvinta jew tiskopri magna, oġġett tal-manifattura, kompożizzjoni ta’ materja ġdida u utli, jew kwalunkwe titjib utli ġdid tiegħu. Il-mudelli ta’ utilità ma jeżistux fl-Istati Membri kollha tal-UE u l-protezzjoni tal-mudell ta’ utilità ma tistax tinkiseb fil-livell tal-UE.
 
Aktar tagħrif dwar il-lista ta' pajjiżi u reġjuni li jipprovdu protezzjoni tal-mudell ta' utilità.
 

Iva. Madankollu, il-pubblikazzjoni tista’ tiddewwem għal sa 30 xahar, filwaqt li l-prodott jibqa’ kunfidenzjali sakemm tkun lest li tiżvelah. Jekk tiddeċiedi li ma tippubblikax l-RCD, ir-reġistrazzjoni tiskadi wara l-perjodu ta’ differiment ta’ 30 xahar.
Biex tippubblika disinn wara perjodu ta’ differiment tal-pubblikazzjoni, trid tħallas it-tariffi ta’ pubblikazzjoni rilevanti u, fejn ikun meħtieġ, tissottometti r-rappreżentazzjoni tad-disinn (jekk l-applikazzjoni kienet tinkludi kampjun) fi żmien 27 xahar mill-preżentata jew kwalunkwe data ta’ prijorità.
 
Aktar tagħrif rigward il-pubblikazzjoni tad-disinn tiegħek.
Aktar tagħrif dwar tariffi u ħlasijiet.
 

Disinjatur (jew sid sussegwenti ta’ disinn) jista’ japplika għal protezzjoni sa sena wara l-ewwel żvelar ta’ disinn, mingħajr ma l-iżvelar tiegħu jkun ta’ detriment għar-reġistrazzjoni. Dan huwa magħruf bħala l-'perjodu ta' grazzja' (fi kliem ieħor, huwa meqjus ġdid għal sena wara l-iżvelar). Dan jagħti l-possibbiltà lill-proprjetarji biex jiddeterminaw jekk jaqblilhomx ifittxu protezzjoni għal disinn jew le. L-iżvantaġġ huwa l-inċertezza legali għall-partijiet terzi dwar jekk disinn huwiex se jiġi rreġistrat. Madankollu dan huwa għal perjodu relattivament qasir, li matulu l-kompetituri mhumiex liberi li jikkupjaw id-disinn minħabba d-dritt mhux irreġistrat previst mir-regolament dwar id-disinn Komunitarju.
Dan huwa partikolarment utli għan-negozji żgħar li ħafna drabi ma jkollhomx ir-riżorsi biex jiffinanzjaw reġistrazzjoni sistematika ta’ disinji li jista’ jkun mhux dejjem ikollhom suċċess fis-suq.
 
Aktar tagħrif.

Iva, sakemm jitħares il-perjodu ta’ grazzja ta’ sena. Fi kliem ieħor, applikazzjoni għal RCD trid issir fi żmien sena mill-iżvelar tad-disinn nazzjonali. Barra minn hekk, jekk l-ewwel applikazzjoni għal disinn tkun ġiet ippreżentata inqas minn sitt xhur qabel, huwa possibbli li ssir pretensjoni tad-dritt ta’ prijorità ta’ dik l-applikazzjoni preċedenti bl-applikazzjoni għal RCD.
 
Aktar tagħrif dwar suġġerimenti kif tippreżenta disinn u l-aqwa prattiki.

Il-Premjijiet DesignEuropa jiċċelebraw l-eċċellenza fid-disinn u l-ġestjoni tad-disinn fost detenturi tad-Disinn Komunitarju Rreġistrat (RCD), sew jekk huma detenturi tad-dritt individwali, negozji żgħar jew intrapriżi kbar.

Aktar tagħrif dwar il-Premjijiet DesignEuropa u kif tapplika.

Il-mistoqsijiet u t-tweġibiet ipprovduti f’din il-paġna jservu għan purament informattiv u mhumiex punt ta’ referenza legali. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok ikkonsulta r-Regolamenti dwar it-Trademark tal-Unjoni Ewropea u dwar id-Disinn Komunitarju jew il-Linji Gwida dwar it-Trademark / id-Disinn .

Għal aktar informazzjoni dwar il-mod li bih l-Uffiċċju jiġġestixxi d-data personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta d-Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data.
 

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 14-03-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x