Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Riżultati ta' tiftix bażiku

Ir-riżultati jintwerew taħt erba' tabs:

  • Trademarks
  • Disinji
  • Sidien
  • Rappreżentanti

Tajjeb li tkun taf li l-wiri b'mod awtomatiku huwa dak għat-trademarks Biex tara r-riżultati għal disinni, sidien jew rappreżentanti, iklikkja fuq it-tab adatta n-naħa ta' fuq tat-tabella.

L-applikazzjoni hija ssettjata biex turi massimu ta' 15-il riżultat kull paġna. Biex tmur fuq paġna oħra ta' riżultati ta' tiftix, iklikkja fuq wieħed min-numri tal-paġna n-naħa ta' fuq fil-kantuniera fuq il-lemin tat-tabella jew, biex tara l-paġna li jmiss b'ordni, fuq il-vleġġa tal-lemin jew tax-xellug. In-numru totali ta' riżultati ta' tiftix jintwera ħdejn l-intestatura tat-tab, eż.: '197 riżultati tat-tiftix f'14-il-paġna 14 f'0.338 sekondi'.

Stampa tal-iskrin ta' tiftix bażiku fl-għodda eSearch
 

L-ikoni li ġejjin jintwerew fid-dehra tal-lista taħt l-intestaturi tat-tab:

  • Issettja twissija (murija fit-tabs 'Trade marks' u 'Disinni')

    It-twissijiet jistgħu jiġu ssettjati billi tikklikkja fuq din l-ikona Ikona ta' twissija Aqra aktar dwar it-twissijiet hawnhekk

  • PDF (muri fit-tabs kollha)

    Ir-riżultati fil-paġna li qed tara jistgħu jintwerew ukoll f'format PDF billi tikklikkja fuq l-ikona PDF Ikona Pdf

    N.B.: Peress li l-applikazzjoni hija ssettjata b'mod awtomatiku biex turi massimu ta' 15-il riżultat kull paġna, il-PDF se jinkludi biss l-ewwel 15-il riżultat. Biex tikkompila PDF b'aktar riżultati, mur għall-paġna li jmiss u erġa' klikkja fuq l-ikona PDF. Irrepeti dan il-proċess kif meħtieġ.

  • vCard (murija fit-tabs tas-sidien u tar-rappreżentanti)

    Mit-taqsima tar-riżultati tat-tabs tas-sidien u t-tabs tar-rappreżentanti tista' tiġi aċċessata vCard, li hija format ta' fajl standard għal kards tan-negozju elettroniċi, li jinkludu l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefown, l-email u informazzjoni oħra ta' kuntatt, billi tikklikkja fuq l-ikona Ikona Vcard fuq in-naħa tal-lemin.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja