Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Trasferimenti bankarji

Il-maġġoranza tal-banek jużaw bank terz għal pagamenti barranin u mhux dejjem jibagħtu l-informazzjoni kollha rilevanti lill-bank terz. Għalhekk, jekk jogħġbok agħti struzzjonijiet ċari lill-bank tiegħek biex jinkludi din id-data mat-trasferiment.

Jekk jogħġbok staqsi lill-bank jekk hu, jew kwalunkwe bank terz li juża, iżommx tariffa għat-trasferiment. Jekk iva, aċċerta ruħek li jiġi ttrasferit l-ammont sħiħ fil-kont tagħna. Aħna tajna struzzjonijiet lill-bank tagħna biex ma jżommx tariffi.

Fl-aħħar nett, il-pagament tiegħek għandu jasal fil-ħin. Il-maġġoranza tat-tariffi jridu jitħallsu f'ċertu limitu ta' żmien. Aħna nirrakkomandaw li inti tagħti struzzjonijiet għall-pagament tal-anqas 10 ijiem qabel ma jiskadi l-limitu ta' żmien biex taċċerta ruħek li jasal fil-ħin. Jekk dan ma jasalx fil-ħin, id-dritt tiegħek ikun f'riskju.


It-tariffa bażika għall-applikazzjoni tat-trademark tiegħek

Id-data tal-preżentata timmarka t-twelid tat-trademark tiegħek. Aktar ma tiksibha malajr, tant l-aħjar. Jekk tixtieq li d-data tal-preżentata tal-applikazzjoni tkun id-data meta tiġi ppreżentata, it-tariffa bażika ta' EUR 850 ( li tinkludi klassi waħda) trid tkun waslet f'wieħed mill-kontijiet bankarji tagħna fi żmien xahar mid-data tal-applikazzjoni. Jekk aħna nirċievu l-flus aktar tard, id-data li fiha l-flus jidħlu fil-kont tagħna se tkun id-data tal-preżentata (sakemm il-kundizzjonijiet l-oħra kollha biex tinkiseb data tal-preżentata jiġu ssodisfati). Ftakar ukoll li aħna ma noħorġux talba għal pagament. Huwa f'idejk li tiżgura li nirċievu l-flus fil-ħin.


It-tariffa għal oppożizzjoni

It-tariffa ta' EUR 320 trid tasal f'wieħed mill-kontijiet bankarji tagħna fi żmien il-perjodu ta' oppożizzjoni, jiġifieri, fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tat-trademark li inti tixtieq topponi. Jekk le, l-oppożizzjoni tiegħek ma tkunx ammissibbli.

Għal kjarifika ulterjuri, jekk jogħġbok ara r-rakkomandazzjonijiet rigward il-pagamenti bi trasferiment bankarju. Barra minn hekk, jekk inti applikant ġdid, għandek timla d-dokument ta' informazzjoni dwar il-pagament u tibagħtu b'faks lid-Dipartiment tal-Finanzi - is-Settur tat-Tariffi.

+34 965 131 344
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 29-03-2016
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja