Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Rekwiżiti tekniċi għal dokumenti mehmuża mal-preżentazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet elettroniċi

NB: is-sors uffiċjali ta' din l-informazzjoni jinstab f''Il-Kundizzjonijiet tal-Użu tat-Taqsima tal-Utent' wara d-'Deċiżjoni EX 17 4 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju tas-16 ta' Awwissu 2017 dwar il-komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi'.

 
  • Il-preżentazzjoni elettronika ta' applikazzjoni għal trademark tal-Unjoni Ewropea

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu għal kull dokument mehmuż: 2 MB (20 MB għal MP4, OBJ, STL u X3D);
    • daqs massimu totali tad-dokumenti mehmuża: 20 MB;
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem tal-fajls mehmuża: 25 karattru.

    Żewġ dokumenti ta' prijorità biss jistgħu jiġu inklużi, dokument ta' anzjantià wieħed biss u dokument ta' prijorità ta' wirja wieħed (minbarra d-dokumenti mehmuża l-oħrajn).

    Dokument dwar ir-regolamenti tal-użu tal-marka kollettiva/ta' ċertifikazzjoni wieħed biss jista' jiġi inkluż (minbarra d-dokumenti mehmuża l-oħrajn).

    Tipi ta' fajls aċċettati:

    JPEG

    Għandu jintuża tip ta' fajl standard għar-rappreżentazzjoni tal-marka/marki li qed tapplika għaliha/għalihom (ħlief għall-marki tal-kliem u multimedjali) li jkun konformi ma' dawn l-istandards li ġejjin:

    • daqs massimu tal-immaġni: 2835 x 2010 pixels;
    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI;
    • modalità tal-kuluri: RGB, Grayscale, BW jew CMYK

    L-immaġnijiet jiġu awtomatikament adattati għal 250 x 250 pixel. L-immaġni mtella' tintwera kif tkun ser tidher aktar tard fiċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni.

    Immaġnijiet CMYK ser jiġu kkonvertiti qabel ma jintwerew f'immaġnijiet RGB bl-użu ta' softwer speċifiku għall-konverżjoni. F'ċerti immaġnijiet CMYK ikkonvertiti f'RBG, ċerti kuluri għandhom mnejn jidhru differenti mill-oriġinali. Għalhekk, ikun aħjar jekk tbiddel il-modalità tal-kulur qabel ma ttella' l-immaġni sabiex iżżomm il-kuluri oriġinali tagħha.

    PDF

    Għandu jintuża biss għal informazzjoni addizzjonali, mhux biex jirrappreżenta l-marka/marki li qed tapplika għaliha/għalihom.

    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġjati, il-formoli ta' PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandek tevita li tinkludi oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.

    MP3

    Dan huwa disponibbli biss meta tirreġistra marki bil-ħoss (flimkien ma' JPEG) u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta' kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

    OBJ, STL u X3D

    Tista' tuża dawn il-formati meta tapplika għar-reġistrazzjoni ta' marka ta' forma.

    X3D ma jistax jittella' permezz tal-użu ta' ta' verżjoni ta' Internet Explorer qabel il-11-il waħda.

    MP4

    Jista' jintuża biss biex jirrappreżenta marki ta' moviment, multimedjali u olografiċi u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata tal-frames ta' 24 (23.98) sa 30 (29.97) fps;
    • rata tal-bits bejn 1 200 u 8 000 Kbps;
    • tipi ta' midja: vidjo/MP4, awdjo/MP4, applikazzjoni/MP4.
  • Preżentazzjoni elettronika ta' disinn tal-Komunità reġistrat

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu ta’ kull dokument mehmuż: 2 MB (20 MB għal OBJ, STL u X3D);
    • daqs totali massimu ta’ dokumenti mehmuża ta’ kull disinn: 20 MB;
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem ta’ fajls mehmuża: 25 karattru.

    Tipi ta' fajls aċċettati:

    JPEG

    Għandu jintuża tip ta' fajl standard għar-rappreżentazzjoni tad-disinn(i) li qed tapplika għalih(om) li jkun konformi ma' dawn l-istandards li ġejjin:

    • daqs massimu tal-immaġni: 5000 x 5000 pixels;
    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 72, mass 300 DPI;
    • modalità tal-kuluri: CMYK (li ser jiġi konvertit għal RGB), Skala griża, iswed u abjad (BW) jew RGB;
    • Immaġnijiet progressivi JPEG ser jiġu kkonvertiti għal immaġnijiet tal-linja bażi;
    • it-tlugħ ta' dehriet dinamiċi 3D U dehriet oħra statiċi huwa ristrett.

    PDF

    Għandu jintuża biss għal informazzjoni addizzjonali, mhux biex jirrappreżenta d-disinn(i) li qed tapplika għalih(om).

    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġjati, il-formoli ta' PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandek tevita li tinkludi oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.

    OBJ, STL u X3D

    Tista' tuża dawn il-formati sabiex ittella' dehra dinamika 3D waħda bħala informazzjoni addizzjonali u bħala sors għall-immaġnijiet statiċi meta tirreġistra xi disinn.

    X3D ma jistax jittella' permezz tal-użu ta' ta' verżjoni ta' Internet Explorer qabel il-11-il waħda.

  • L-oppożizzjoni u l-kanċellazzjoni ta' preżentazzjoni elettronika

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu għal kull dokument mehmuż: 5 MB;
    • daqs massimu totali tad-dokumenti mehmuża: 20 MB;
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem tal-fajls mehmuża: 150 karattru.

    Tipi ta' fajls aċċettati:

    JPEG

    Għandu jintuża tip ta' fajl standard li jkun konformi ma' dawn l-istandards li ġejjin:

    • daqs massimu tal-immaġni: 2008 x 2835 pixels;
    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI;
    • RGB 8b biss (mhux CMYK);
    • Immaġnijiet JPEG progressivi mhumiex appoġġati.

    PDF

    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġjati, il-formoli ta' PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandek tevita li tinkludi oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.

    MP3

    Jista' jintuża biss biex jirrappreżenta marki ta' ħoss u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta' kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • fond tal-bit: 8 jew 16-il bit;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

     

  • Preżentazzjonijiet elettroniċi oħrajn (għall-preżentazzjonijiet ta' talba għall-proċess ta' reġistrazzjoni, tiġdid, konverżjoni, spezzjoni, applikazzjoni internazzjonali bbażata fuq trademark tal-UE(A) jew appell)

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu għal kull dokument mehmuż: 2 MB (20 MB għal Appell elettroniku);
    • daqs massimu totali tad-dokumenti mehmuża: 20 MB.

    Tipi ta' fajls aċċettati:

    JPEG

    Għandu jintuża tip ta' fajl standard li jkun konformi ma' dawn l-istandards li ġejjin

    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI
    • RGB 8b biss (mhux CMYK)
    • Immaġnijiet JPEG progressivi mhumiex appoġġjati

    PDF

    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġjati, il-formoli ta' PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandek tevita li tinkludi oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.

    MP3

    Jista' jintuża biss biex jirrappreżenta marki ta' ħoss u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta' kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • fond tal-bit: 8 jew 16-il bit;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

     

  • Komunikazzjonijiet u azzjonijiet elettroniċi oħrajn

    Restrizzjonijiet tad-daqs tal-fajl:

    • daqs massimu għal kull dokument mehmuż: 20 MB;
    • daqs massimu totali tad-dokumenti mehmuża: 1 GB (100 MB għal komunikazzjonijiet ta' oppożizzjoni, ta' kanċellazzjoni u ta' appell);
    • restrizzjoni għat-tul tal-isem tal-fajls mehmuża: 20 karattru.

    Jekk id-daqs totali tal-komunikazzjoni b'dokumenti mehmuża jkun akbar minn 20 MB, id-dokumenti mehmuża xorta waħda jaslu l-Uffiċċju, iżda l-komunikazzjoni biss ser tidher fil-previżwalizzazzjoni u fil-konferma tal-wasla.

    Tipi ta' fajls aċċettati:

    JPEG

    Għandu jintuża tip ta' fajl standard li jkun konformi ma' dawn l-istandards li ġejjin:

    • riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI;
    • RGB 8b biss (mhux CMYK);
    • Immaġnijiet JPEG progressivi mhumiex appoġġati.

    PDF

    Fajls PDF standard u statiċi biss huma appoġġjati, il-formoli ta' PDF li jistgħu jimtlew mhumiex aċċettati. Għandek tevita li tinkludi oġġetti miżjuda (bħal rettangli, vleġeġ, test immarkat, eċċ.) li mhumiex preżenti fil-fajl PDF oriġinali.

    MP3

    Jista' jintuża biss biex jirrappreżenta marki ta' ħoss u għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

    • rata ta' kampjunar: 8 kHz għall-vuċi biss, 11.025 kHz għall-effetti tal-ħoss, 22.05 kHz jew 44.1 kHz għall-mużika;
    • fond tal-bit: 8 jew 16-il bit;
    • kanali: 1=Mono; 2=Stereo.

     

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x