Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Twissijiet

Sabiex taċċessa t-taqsima Twissijiet, ikklikkja fuq it-tab “Twissijiet” fin-naħa tal-ġenb tal-menù tal-User Area tiegħek.

It-taqsima tat-Twissijiet fil-User Area
 

L-interfaċċa tat-twissijiet hija maqsuma f’żewġ taqsimiet: Messaġġi ta’ twissija u Konfigurazzjoni.

 

Taqsima tal-messaġġi ta’ twissija

Meta tiġi attivata twissija, id-data tal-attivazzjoni, it-tip ta’ twissija (twissija tad-dominju EUTM/RCD/.eu, twissija ta’ Kalendarju) u l-messaġġ ta’ twissija jintwerew f’tabella f’din it-taqsima, minn fejn jistgħu jiġu ssettjati wkoll twissijiet ġodda.

 

Taqsima tal-konfigurazzjoni

F’din it-taqsima, tista’ toħloq twissija ġdida jew teditja/tħassar twissija eżistenti. It-twissijiet tal-kalendarju u t-twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu jintwerew f’tabs separati.

 
  • Tipi ta’ twissijiet

    Jistgħu jiġu ssettjati żewġ tipi ta’ twissijiet: Twissijiet tal-kalendarju u twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu.

    Twissija tal-kalendarju
    Twissija tal-kalendarju hija twissija bażika li tippermetti lill-utent jissettja tfakkira għal ċerta data.

    Twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu
    Hemm żewġ tipi ta’ twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu, u t-tnejn li huma jistgħu jiġu attivati mill-magna ta’ tiftix tagħna eSearch plus.

    Twissija ta’ monitoraġġ
    Twissija ta’ monitoraġġ tista’ tiġi ssettjata biex timmonitorja avvenimenti speċifiċi, bħal:

    • bidla fl-istatus ta’ trademark;
    • jekk wasalx iż-żmien għat-tiġdid tat-trademark/tad-disinn;
    • bidla tas-sjieda/tar-rappreżentant;
    • l-għeluq tal-perjodu ta’ oppożizzjoni;
    • reġistrazzjoni identika tad-dominju .eu

    Twissija ta’ osservazzjoni
    Din it-twissija hija bbażata fuq il-kriterji magħżula għal tiftix avvanzat minn utent li jinsab illoggjat, u tiġi attivata jekk trademark oħra jew disinn ieħor jikkonforma ma’ dawk il-kriterji.

  • Tabs ta’ azzjonijiet

    Hawn taħt issib lista ta’ tabs ta’ “azzjonijiet” disponibbli fit-taqsima tat-Twissijiet u l-funzjonijiet tagħhom. Biex tattivahom, immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti fil-lista (fid-dehra fid-dettall).

    Oħloq twissija ġdida
    Din l-opzjoni hija disponibbli kemm fit-taqsima “Messaġġi ta’ twissija” kif ukoll fit-taqsima “Konfigurazzjoni”.

    Ħassar
    Din l-opzjoni hija disponibbli kemm fit-taqsima “Konfigurazzjoni” kif ukoll fit-tab “Arkivju” tat-taqsima “Messaġġi ta’ twissija”.

    Kif tħassar twissija
    1. Sabiex tħassar twissija, ikklikkja fuq l-ikona ta’ salib griż Ħassar l-ikona fuq in-naħa tal-lemin tal-entrata/entrati rilevanti. Is-sistema tistaqsik jekk intix żgur li trid tkompli.
    2. Immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti u kklikkja fuq il-buttuna “Ħassar” fuq it-tabella (jistgħu jintgħażlu diversi elementi). Se tidher tieqa li titla’ li permezz tagħha inti tista’ taċċetta jew tikkanċella t-tħassir. Din l-opzjoni mhijiex disponibbli għat-tab tal-inbox tat-taqsima “Messaġġi ta’ twissija”.
     

    Azzjonijiet disponibbli fit-taqsima “Messaġġi ta’ twissija”

    Arkivju

    Hemm żewġ metodi ta’ kif tista’ tarkivja twissija:

    1. Fit-tab tal-“Inbox”, ikklikkja fuq l-ikona ta’ salib griż fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti. Is-sistema se tistaqsik jekk intix żgur li trid tkompli.
    2. Fit-tab tal-“Inbox”, immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti u mbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Arkivju” fuq it-tabella (jistgħu jintgħażlu diversi elementi). Tidher tieqa li titla’ li permezz tagħha inti tista’ taċċetta jew tikkanċella l-azzjoni li ħaditek fit-tab “Arkivju”.

    N.B.: Twissijiet fl-Inbox jiġu arkivjati awtomatikament wara 30 ġurnata.

    Ibgħat lil
    Tista’ tibgħat kopja tal-informazzjoni dwar it-twissija lil indirizz elettroniku tal-għażla tiegħek (huma disponibbli diversi għażliet). Sabiex tagħmel dan, immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Ibgħat lil” u agħżel bejn l-opzjonijiet “L-email tiegħi” jew “Email oħra”.

    Jekk tagħżel l-opzjoni “L-email tiegħi”, l-indirizz tal-email jimtela b’mod awtomatiku bl-indirizz tal-email marbut mal-kont tal-User Area tiegħek.

    Jekk tagħżel l-opzjoni “Email oħra”, ikollok bżonn iddaħħal l-indirizz tal-email tar-riċevitur fil-kaxxa korrispondenti.

    Tista’ żżid ukoll nota fil-kaxxa “Nota”.

     

    Azzjonijiet disponibbli fit-taqsima “Konfigurazzjoni”

    Ixgħel

    Hemm żewġ modi kif tista’ tixgħel it-twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu u t-twissijiet tal-Kalendarju:

    Ixgħel twissija Itfi twissija Għażla ta’ diversi elementi biex tinxtegħel twissija
    1. Ikklikkja fuq l-ikona tal-buttuna griża fuq in-naħa tal-lemin tal-entrata rilevanti. L-ikona ssir ħadra hekk kif it-twissija tiġi attivata.
    2. Immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Ixgħel” (jistgħu jintgħażlu diversi elementi). L-ikona ssir ħadra hekk kif it-twissija tiġi attivata.

    Itfi

    Hemm żewġ modi kif tista’ titfi t-twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu u t-twissijiet tal-Kalendarju:

    1. Ikklikkja fuq l-ikona tal-buttuna ħadra fuq in-naħa tal-lemin tal-entrata rilevanti. L-ikona ssir griża hekk kif it-twissija tiġi diżattivata.
    2. Immarka l-kaxxa fuq in-naħa tax-xellug tal-entrata rilevanti, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Ixgħel”. L-ikona ssir griża hekk kif it-twissija tiġi diżattivata.

    Editja twissija
    Sabiex teditja twissija, ikklikkja fuq l-ikona ta’ lapes griż Ikona ta’ lapes fuq in-naħa tal-lemin tal-entrata rilevanti.

    Twissijiet tad-dominju EUTM/RCD/.eu
    Meta tikklikkja fuq l-ikona ta’ lapes se tiġi dirett/a mill-ġdid għal eSearch plus, fejn tista’ teditja t-twissija tiegħek.

    Twissija tal-kalendarju
    Meta tikklikkja fuq l-ikona ta’ lapes, tidher tieqa li titla’, fejn inti tista’ teditja d-dettalji u mbagħad terġa’ tissettja t-twissija.

  • L-issettjar ta’ twissija tal-Kalendarju

    It-twissijiet tal-kalendarju huma ssettjati fit-taqsima “Twissijiet” fil-User Area.

    Oħloq twissija ġdida
    1. Ikklikkja fuq il-buttuna “Oħloq twissija ġdida”.
    2. Agħżel l-opzjoni “Kalendarju”. Se tinfetaħ tieqa li titla’.
    3. Ikklikkja fuq il-kaxxa “Data ta’ attivazzjoni”, imbagħad jintwera kalendarju; daħħal id-data ta’ attivazzjoni.
    4. Daħħal messaġġ ta’ twissija.
    5. Agħżel il-kaxxa li tiġi mmarkata jekk trid tirċievi t-twissija permezz tal-email ukoll.
    6. Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija”.
  • L-issettjar ta’ twissija tad-dominju EUTM/RCD/.eu.

    Twissija ta’ osservazzjoni
    It-twissijiet ta’ osservazzjoni jistgħu jiġu ssettjati mit-taqsima Twissijiet fil-User Area billi tikklikkja fuq “twissija tad-dominju tal-EUTM/RCD/.eu” jew direttament minn eSearch plus.

    L-issettjar ta’ twissija ta’ osservazzjoni
    1. Ikklikkja fuq il-buttuna “Oħloq twissija ġdida”.
    2. 2. Agħżel l-opzjoni “twissija tad-dominju EUTM/RCD/.eu”. Se tinfetaħ tieqa li titla’.
    3. Agħżel “Aċċetta”.
    4. Se tinfetaħ il-funzjonalità ta’ tiftix avvanzat ta’ eSearch plus.
    5. Agħżel il-kriterji meħtieġa tiegħek mill-opzjonijiet ta’ tiftix avvanzat u kklikkja fuq il-buttuna “Fittex”.
    6. Ikklikkja fuq l-ikona ta’ megafon Ikona ta’ twissija li tidher fuq ix-xellug fin-naħa ta’ fuq tat-tabella. Se tinfetaħ tieqa li titla’.
    7. Semmi t-twissija tiegħek billi tuża waħda mill-opzjonijiet ta’ hawn taħt:
      • agħżel l-isem ta’ twissija eżistenti li nħolqot preċedentement permezz tal-menu li jinżel;
      • oħloq isem ġdid billi ddaħħal l-isem fil-kaxxa tat-test.
    8. Immarka l-kaxxa “Irċievi twissija permezz tal-email” jekk trid li kopja tat-twissija tintbagħat fl-indirizz email tiegħek.
    9. Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija”.

    Se jidher avviż fil-qiegħ tat-tieqa li titla’ meta t-twissija tkun inħolqot b’suċċess.

     

    Twissija ta’ monitoraġġ
    It-twissijiet ta’ monitoraġġ huma ssettjati mit-taqsima dehra fid-dettall tat-trademark jew tad-disinn tal-eSearch wara li jitwettaq tiftix bażiku jew avvanzat.

    L-issettjar ta’ twissija ta’ osservazzjoni
    1. Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija” fuq il-lemin tan-naħa ta’ fuq tad-dehra fid-dettall. Se tinfetaħ tieqa li titla’, fejn inti tista’ timmarka l-kaxxi biex tiddetermina liema bidliet tal-istatus għal EUTM jew RCD tixtieq timmonitorja.
      Għat-twissija tad-dominju .eu, agħżel il-kaxxa ta’ kontroll “Reġistrazzjonijiet simili tad-dominju .eu”.
    2. Semmi t-twissija tiegħek billi tuża waħda mill-opzjonijiet ta’ hawn taħt:
      • agħżel l-isem ta’ twissija eżistenti li nħolqot preċedentement permezz tal-menu li jinżel;
      • oħloq isem ġdid billi ddaħħal l-isem fil-kaxxa tat-test.
    3. Immarka l-kaxxa “Irċievi twissija permezz tal-email” jekk trid li kopja tat-twissija tintbagħat fl-email tiegħek.
    4. Ikklikkja fuq il-buttuna “Issettja twissija”.
Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 24-02-2018
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja
x