Mur fil-paġna ewlenija
EUIPO
Ipproteġi l-marki kummerċjali u d-disinji tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Ipproteġi l-proprjetà intellettwali tiegħek fl-Unjoni Ewropea

Menu

Formola avvanzata

Il-formola ta’ applikazzjoni avvanzata hija mfassla għal applikazzjonijiet iżjed kumplessi. Jeħtieġ tuża din il-formola jekk trid tissottometti l-lista tal-prodotti u s-servizzi tiegħek stess, tippreżenta marka kollettiva, tagħmel talba għal trasformazzjoni ta’ trademark internazzjonali jew tipprovdi elementi multilingwi tal-marka fiż-żewġ lingwi tal-applikazzjoni.

Ftakar li tista’ tivverifika jekk it-termini tal-lista ta’ prodotti u servizzi tiegħek humiex aċċettati għal Fast Track bl-użu tal-Elenkatur ta’ prodotti u servizzi tagħna.

L-oqsma obbligatorji huma mmarkati b’asterisk (*).

Biex taċċessa l-Formola ta’ applikazzjoni avvanzata, mur fuq it-taqsima “Trade mark > Route to registration > Apply now” (Trademark > Mod kif tagħmel reġistrazzjoni > Applika issa) tas-sit web, imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Start application” (Ibda l-applikazzjoni) biex tiftaħ il-Formola ta’ applikazzjoni avvanzata.

Ibda l-applikazzjoni

Trid tkun utent irreġistrat biex tapplika għal trademark bl-użu ta’ din l-għodda, jekk għadek ma rreġistrajtx, jeħtieġ li tirreġistra.

Applikazzjonijiet għal trademark tal-UE għal residenti mhux tal-UE
Tista’ tapplika għal trademark tal-UE jekk inti tgħix barra l-Unjoni Ewropea, iżda tkun teħtieġ li taħtar rappreżentant.

 
  • Lingwi u referenza

    L-ewwel lingwa
    Agħżel il-lingwa li trid tuża għall-applikazzjoni tiegħek (l-ewwel lingwa) mil-lista li tinżel; din tista' tkun kwalunkwe waħda mit-23 lingwa tal-UE.

    It-tieni lingwa
    Għandek tipprovdi t-tieni lingwa minn waħda mill-ħames lingwi uffiċjali tal-EUIPO (DE, EN, ES, FR, IT). It-tieni lingwa trid tkun differenti mill-ewwel lingwa. Jekk jogħġbok kun af li t-trademark tiegħek tista’ tkun sfidata f’din it-tieni lingwa.

    Referenza personali

    Ir-referenzi għandhom jikkonsistu minn sa 30 karattru alfanumeriku, bl-użu tal-alfabett Ruman: a-z, A-Z, 0-9. Tużax spazji. Għal kwalunkwe mistoqsija li jista’ jkollok fil-futur dwar it-trademark tiegħek, jekk jogħġbok uża r-referenza uffiċjali tal-EUIPO.

  • Uża d-dettalji ta’ trademark tal-UE eżistenti bħala mudell

    Ittajpja l-isem tat-trademark jew in-numru, parti minnu jew kollu — ser tintwera lista ta’ trademarks korrispondenti eżistenti — agħmel l-għażla tiegħek u kklikkja fuq “Import” (Importa). Tista’ tagħżel li tara t-trademark f’eSearch plus billi tikklikkja fuq il-link “View” (Ara).

    Billi tagħżel l-opzjoni biex timporta trademark bħala mudell, ser tħaffef il-proċess ta’ preżentazzjoni peress li d-dettalji ser jimtlew minn qabel. It-taqsimiet jistgħu jiġu editjati skont ir-rekwiżiti tiegħek.

  • Pretensjoni ta’ prijorità

    Żid prijorità
    Biex iżżid pretensjoni ta' prijorità, ikklikkja fuq il-buttuna “Add priority” (Żid prijorità) u tinfetaħ taqsima ġdida.

    • Agħżel il-“Country of first filing” (Pajjiż tal-ewwel preżentazzjoni) mil-lista li tinżel

    • Ittajpja l-isem tat-trademark (it-taqsima timtela waħedha jekk id-dettalji tat-trademark huma disponibbli f’TMview) u kklikkja fuq “Import” (Importa) jew

    • Daħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna “Create manually” (Oħloq manwalment)

    • Żid id-data tal-preżentazzjoni u n-numru tal-preżentazzjoni. Tista’ tagħżel l-opzjoni biex tehmeż id-dokumenti meħtieġa fil-ħin tal-applikazzjoni jew f’data aktar tard (3 xhur mid-data tal-wasla tal-pretensjoni ta’ prijorità)

    Nota: Jekk l-ewwel preżentazzjoni ma tkunx saret f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, allura għandha tinhemeż kopja tat-traduzzjoni.

    Itlob prijorità aktar tard
    Agħżel il-kaxxa fejn timmarka ħdejn il-buttuna “Add priority” (Żid prijorità) jekk tixtieq titlob Prijorità f’data aktar tard (dan jista’ jsir sa xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni).

  • Pretensjoni ta’ anzjanità

    Biex iżżid pretensjoni ta’ anzjanità mal-applikazzjoni tiegħek, ikklikkja fuq il-buttuna “Add seniority” (Żid anzjanità). Din ser tiftaħ taqsima ġdida.

    • Agħżel l-Istat Membru tal-UE fejn kienet irreġistrata t-trademark mil-lista li tinżel

    • Ittajpja l-isem jew in-numru tat-trademark (it-taqsima timtela waħidha) u kklikkja fuq “Import” (Importa) jew

    • Daħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna “Create manually” (Oħloq manwalment)

    • Agħżel l-opzjoni rilevanti fil-qasam “Nature of registration” (Natura ta’ reġistrazzjoni)

    • Żid id-data tal-preżentazzjoni, in-numru tal-preżentazzjoni, id-data tar-reġistrazzjoni u n-numru tar-reġistrazzjoni, imbagħad agħżel l-opzjoni biex tehmeż id-dokumenti meħtieġa fil-ħin tal-applikazzjoni jew f’data aktar tard (3 xhur mid-data tal-wasla tal-pretensjoni ta’ anzjanità)

  • Pretensjoni ta’ wirja

    Pretensjoni ta’ wirja fuq l-applikazzjoni
    Biex iżżid pretensjoni ta’ wirja mal-applikazzjoni tiegħek ikklikkja fuq il-buttuna “Add exhibition” (Żid wirja). Din ser tiftaħ taqsima ġdida.

    1. Agħżel l-isem tal-wirja mil-lista li tinżel

    2. Żid id-data tal-ewwel divulgazzjoni

    3. Agħżel l-opzjoni biex tehmeż id-dokumenti meħtieġa fil-ħin tal-applikazzjoni jew f’data aktar tard (sa 3 xhur wara d-data tal-preżentazzjoni).

    4. Ikklikkja fuq il-buttuna “+ Add” (+ Żid)

    Itlob wirja aktar tard
    Agħżel il-kaxxa fejn timmarka ħdejn il-buttuna “Add exhibition” (Żid wirja) jekk tixtieq tressaq pretensjoni ta’ wirja f’data aktar tard (sa xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni).

  • Trasformazzjoni tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali (IR)

    Biex iżżid trasformazzjoni ta’ IR mal-applikazzjoni tiegħek ikklikkja fuq il-buttuna “Add IR transformation” (Żid trasformazzjoni IR). Din ser tiftaħ taqsima ġdida.

    • Daħħal in-numru tat-trademark internazzjonali (Numru IR) *

    • Jekk għamilt trasformazzjoni tal-IR preċedenti, imbagħad tista’ timporta dan billi żżid in-numru jew l-isem tat-trademark internazzjonali fil-qasam “Enter IR details below” (Daħħal id-dettalji tal-IR hawn taħt) *

    • Biex iddaħħal id-dettalji manwalment ikklikkja fuq il-buttuna “Create manually” (Oħloq manwalment).

    • Żid id-data tal-kanċellazzjoni, id-data tal-IR u d-data tal-Prijorità/Anzjanità

    • Ikklikkja fuq il-buttuna “+ Add” (+ Żid)

    * Nota: Il-qasam li jimtela waħdu mhuwiex implimentat għal din it-taqsima. Trid iddaħħal in-numru sħiħ tat-trademark.

  • Rappreżentant

    Rappreżentant jista’ jiżdied b’żewġ metodi.

    Żieda ta’ rappreżentant eżistenti

    Ittajpja l-isem tar-rappreżentant — ser tintwera lista ta’ rappreżentanti eżistenti — agħmel l-għażla tiegħek u kklikkja fuq “Import” (Importa). Ser jintwerew id-dettalji tar-rappreżentant; ikklikkja fuq “Add” (Żid) biex tkompli.

    Żieda ta’ rappreżentant ġdid
    1. Daħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna “Create new” (Oħloq ġdid)

    2. Agħżel it-tip ta’ rappreżentant mill-menu li jinżel

    3. Imla l-kumplament tal-formola (l-oqsma obbligatorji huma mmarkati b’asterisk *)

    4. Ikklikkja fuq il-buttuna “Add” (Żid) biex tkompli

    Nota: Jekk tagħżel “Employee representative” (Rappreżentant tal-impjegati) ser tintwera kaxxa fejn timmarka “Economic connections” (Konnessjonijiet ekonomiċi). Jekk timmarkaha, trid timla żewġ oqsma oħra; trid iżżid x’tip ta’ konnessjonijiet ekonomiċi għandek mal-applikant (eż. impjegat jew imsieħeb fin-negozju) u trid iżżid ukoll l-isem tal-impjegatur tiegħek.

    Assoċjazzjonijiet

    Meta tippreżenta applikazzjoni f’isem assoċjazzjoni, jekk jogħġbok daħħal l-ID tal-assoċjazzjoni biss.

  • Applikant

    Applikant jista’ jiżdied b’żewġ metodi.

    Żid applikant eżistenti
    Ittajpja l-isem tal-applikant — ser tintwera lista ta' applikanti eżistenti — agħmel l-għażla tiegħek u kklikkja fuq “Import” (Importa). Ser jintwerew id-dettalji tal-applikant; ikklikkja fuq il-buttuna “Add” (Żid) biex tkompli.

    Żid applikant ġdid

    1. Daħħal id-dettalji manwalment billi tikklikkja fuq il-buttuna “Create new” (Oħloq ġdid)

    2. Agħżel it-tip ta’ applikant mill-menu li jinżel

    3. Imla l-kumplament tal-formola (l-oqsma obbligatorji huma mmarkati b’asterisk *)

    4. Ikklikkja fuq il-buttuna “Add” (Żid) biex tkompli

  • Tipi ta’ marki

    Jeħtieġ li tagħżel it-tip ta’ marka li trid tirreġistra. Hawn taħt hawn lista tat-tipi disponibbli:

    • Marka ta’ kliem

    • Marka figurattiva

    • Marka figurattiva li tinkludi elementi ta’ kliem

    • Marka 3D

    • Marka 3D li tinkludi elementi ta’ kliem

    • Marka tal-kulur

    • Marka tal-ħoss

    • Oħrajn

    Aqra aktar dwar it-tipi ta’ trademarks fit-taqsima definizzjoni ta’ trademark.

    Dettalji meħtieġa
    Ser tintalab tissottometti informazzjoni differenti skont it-tip ta' marka li tagħżel li tipproteġi.

    Kuluri
    Jekk it-trademark tiegħek fiha kuluri, tista’ żżidhom billi tittajpja l-isem tal-kulur. Is-sistema awtomatikament ser tipproponi opzjonijiet differenti. Huwa rrakkomandat li tagħżel wieħed mill-kuluri li jidhru billi dan iħaffef il-proċess tar-reġistrazzjoni. Jekk tagħżel l-opzjoni “Specify a custom colour” (Speċifika kulur abitwali), il-proċess ser idum aktar.

    Traduzzjonijiet
    Jekk tixtieq tipprovdi traduzzjoni fit-tieni lingwa, jekk jogħġbok innota li tkun trid tittraduċi l-elementi kollha tagħha, inkluż il-lista tal-oġġetti u s-servizzi, kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà, id-deskrizzjoni tal-marka jew l-indikazzjonijiet ta’ kulur.

    Rappreżentazzjoni tal-marka
    Huwa importanti li r-rappreżentazzjoni tal-marka li tkun ser ittella’ tkun rappreżentazzjoni xierqa tal-marka li trid tirreġistra. Meta tittella’ r-rappreżentazzjoni tal-marka, tintwera t-twissija li ġejja:

     “EUIPO will publish your mark as it is currently shown. (L-EUIPO ser jippubblika l-marka tiegħek kif qed tidher attwalment f’din id-dehra). If this does not represent exactly what you want to protect, please correct it before submitting your application.” (Jekk din ma tirrappreżentax eżatt dak li trid tipproteġi, jekk jogħġbok ikkoreġiha qabel tibgħat l-applikazzjoni tiegħek.)

      “The image has been processed to fulfil the technical criteria” (L-immaġni ġiet ipproċessata biex tissodisfa l-kriterji tekniċi)

    Elementi(i) tal-kelma
    Għandhom jiġu indikati biss elementi verbali viżibbli fil-logo. Jekk l-elementi verbali mhumiex korretti, l-EUIPO ser jibdilhom direttament mingħajr ma jibgħat komunikazzjoni għal dan il-għan.

  • Rapport ta’ xebh

    Għandek l-opzjoni li tniżżel rapport ta’ xebh. It-tiftix jitħaddem mill-bażi ta’ data TMview u jista’ jsir ukoll qabel il-preżentazzjoni attwali.

    Ara r-riżultati
    Tintwera tabella b'lista ta' trademarks simili. Biex tara informazzjoni addizzjonali dwar ir-riżultati, ikklikkja fuq l-ikona tal-lenti fuq in-naħa tal-lemin tal-lista, din ser tieħdok fl-applikazzjoni tat-TMview.

    PDF li jelenka l-informazzjoni jista’ jitniżżel u jiġi ssejvjat billi tikklikkja fuq il-buttuna “Download PDF” (Niżżel PDF) li tinsab taħt it-tabella tar-riżultati.

  • Rekwiżiti tekniċi għal dokumenti mehmuża

    L-istandards li ġejjin għandhom jiġu applikati għad-dokumenti mehmuża li jittellgħu mill-formola ta’ applikazzjoni avvanzata.

    JPEG
    Tip ta’ fajl standard użat biex jirrappreżenta l-marka(i) li qed tapplika għaliha(hom). Id-daqs massimu ta’ fajl individwali ma jistax ikun aktar minn 2MB u għandu jikkonforma mal-istandards li ġejjin:
    • Daqs massimu tal-immaġni: 2835 x 2010 pixel
    • Riżoluzzjoni tal-istampar: min 96, mass 300 DPI
    • Modalità tal-kuluri: RGB, Grayscale, BW jew CMYK

    L-immaġnijiet jiġu awtomatikament adattati għal 250x250 pixel. Meta ttella’ immaġni, l-applikazzjoni ser turiha kif ser tkun tidher aktar tard fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.

    PDF
    Il-PDFs jistgħu jintużaw għal informazzjoni addizzjonali biss, ma jistgħux jintużaw bħala rappreżentazzjoni tal-marka(i) li inti qed tapplika għaliha(hom). Id-daqs massimu ta’ fajl individwali ma jistax ikun aktar minn 2MB. Għall-ftuħ tal-fajls ser jintuża l-Adobe Acrobat X (verżjoni 10.0).

    MP3
    L-MP3s jistgħu jintużaw għal informazzjoni addizzjonali biss meta jiġu rreġistrati l-marki tal-ħoss. Id-daqs massimu ta’ fajl individwali ma jistax ikun aktar minn 2MB u għandu jikkonforma mal-istandards indikati fit-taqsima tad-dokumenti mehmuża tal-paġna “Technical information” (Informazzjoni teknika).

  • Prodotti u servizzi

    TWISSIJA: Il-prodotti u/jew is-servizzi kollha għandhom jidħlu f’din it-taqsima. Fil-każ li l-prodotti u/jew is-servizzi jkunu pprovduti f’dokument separat mehmuż, l-applikazzjoni mhijiex ser tiġi kkunsidrata bħala li ġiet ippreżentata online bil-konsegwenza li jkollha titħallas it-tariffa bażika standard minflok it-tariffa mnaqqsa applikabbli għall-preżentazzjonijiet online.

    Tiftix permezz tal-valuri determinati minn qabel (rakkomandata)
    Dan ser tagħżel oġġetti u servizzi mill-bażi tad-data TMclass.

    Ikklikkja fuq il-buttuna “Search” (Fittex).

    Ser tinfetaħ tieqa li titla’ ġdida. Ittajpja l-kelma ewlenija tal-prodotti u s-servizzi li trid tagħżel (jintwera menu li jinżel b’suġġerimenti li jimtlew waħidhom) jew fittex mil-lista ta’ prodotti u servizzi.

    Biex tmur lura għall-iskrin tal-bidu, ikklikkja fuq il-link “navigate through all goods and services” (ibbrawżja fost il-prodotti u s-servizzi kollha).

    Biex tara l-kamp ta’ applikazzjoni kollu ta’ klassi waqt li tkun qed tibbrawżja fost il-prodotti u s-servizzi kollha, ikklikkja fuq l-ikona "+” L-ikona tal-plus (sinjal tal-għadd) , biex tnaqqas il-lista, ikklikkja fuq l-ikona “-” L-ikona tal-minus (sinjal tat-tnaqqis)

    Ikklikkja fuq l-ikona “folder” (fowlder) L-ikona tal-fowlder biex tara t-termini kollha fil-klassi magħżula tiegħek. Biex iżżid terminu mal-lista tiegħek, agħżel il-kaxxa fejn timmarka fuq in-naħa tax-xellug tar-ringiela fit-tabella L-ikona tal-kaxxa fejn timmarka magħżula

    Biex tara l-għażla tiegħek tat-termini u l-klassijiet, ikklikkja fuq il-buttuna ‘View your selection’ (Ara l-għażla tiegħek) fuq il-kantuniera ta’ fuq tan-naħa tal-lemin tal-iskrin.

    Meta tkun għażilt il-prodotti u s-servizzi li teħtieġ, ikklikkja fuq il-buttuna “Continue” (Kompli) li tidher fuq il-paġna “View your selection” (Ara l-għażla tiegħek). Ser tiġi dirett mill-ġdid għall-applikazzjoni tiegħek fejn ser tintwera l-għażla tiegħek.

    Ipprovdi l-lista tiegħek stess
    Biex tipprovdi l-lista tal-prodotti u s-servizzi tiegħek stess, ikklikkja fuq il-link “I want to provide my list” (Irrid nipprovdi l-lista tiegħi).

    Ser tinfetaħ tieqa li titla’ ġdida.

    Agħżel il-klassi li jappartjeni għaliha t-terminu li għażilt, ittajpja l-isem tat-terminu fil-qasam imbagħad ikklikkja fuq il-buttuna “Done” (Lest).

    Tista’ tirrepeti dan il-proċess sakemm tkun żidt it-termini u l-klassijiet kollha li teħtieġ għall-applikazzjoni tiegħek.

    Jekk jogħġbok kun taf li jekk tipprovdi l-lista tal-prodotti u s-servizzi tiegħek stess, il-proċess tal-applikazzjoni tat-trademark jista’ jdum aktar.

    Karattri validi (ir-regoli sintattiċi li jirregolaw it-termini dwar il-prodotti u s-servizzi):

    Isem Karattru Eżempju
    Ittri a -z A-Z Partijiet u fitings għall-vetturi
    Numri 0 - 9 MP3 players
    Sing - (kodiċi tal-asci 045) Xorb mhux - alkoħoliku
    Parentesi kwadri < > Pistoli tal-airsoft> 0.5 Joule
    Linja mmejla / Vidjoplejers/reġistraturi
    Asterisk (*) * Ħwejjeġ*
    Parentesi tondi ( ) Fuljetti (manwali) tat-taħriġ
    Parentesi bil-qarsa { } Kranks {partijiet minn magni}
    Parentesi kwadri [ ] Enemel [verniċ]
    Żewġ punti : (kodiċi tal-ascii 058) Servizzi relatati għal: ċirkwiti elettriċi u elettroniċi, komponenti
    Virgola , Dqiq tal-qamħirrun, maltosju
    Virgoletta singola ' (kodiċi tal-ascii 039) Painters' brushes
    Punt u virgola (mhux aċċettata fil-Grieg) ; (kodiċi tal-ascii 059) Reatturi nukleari; preparazzjonijiet għall-immudellar
    Tikka tan-nofs (aċċettata biss fil-Grieg) · (kodiċi tal-ascii 250) Καρυκεύματα· Μαγειρικά βότανα

    Nota: il-kontenut ta’ din it-tabella joffri eżempji ta’ karattri aċċettati

  • Rapport nazzjonali ta’ tiftix

    Talba għal rapport nazzjonali ta’ tiftix hija soġġetta għal tariffa addizzjonali. L-applikazzjoni tiegħek tiġi ppubblikata biss ladarba jkunu nġabru r-rapporti ta’ tiftix kollha u dawn jiġu kkomunikati lilek.

  • Rapport ta’ tiftix tal-UE

    Talba għal rapport ta’ tiftix tal-UE hija mingħajr ħlas. Dan ir-rapport jindika applikazzjonijiet EUTM identiċi jew simili preċedenti u Reġistrazzjonijiet Internazzjonali li jinnominaw lill-Komunità Ewropea għal klassijiet identiċi jew simili ta’ prodotti u servizzi.

 

Informazzjoni teknika dwar dokumenti mehmuża.

Il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar 19-06-2019
Aħna nużaw il-cookies fuq is-sit web tagħna biex jappoġġaw karatteristiċi tekniċi li jtejbu l-esperjenza tiegħek bħala utent. Nużaw ukoll l-analitika. Għal aktar informazzjoni kklikkja