Aċċessibilità
Minn Jannar 2010 'l quddiem, il-paġni tal-internet ġodda kollha tal-istituzzjonijiet Ewropej jridu jsiru b'konformità mal-Linji Gwida tal-Aċċessibilità tal-Kontenut tal-Web (Web Content Accessibility Guidelines) (WCAG) 2.0, livell AA.
L-aċċessibilità tal-web timmira li tipprovdi aċċess ugwali għall-informazzjoni u l-funzjonalitajiet tal-web lill-utenti kollha. Eżattament, l-aċċessibilità tal-Web tfisser li nies b'abilitajiet u diżabilitajiet ikunu jistgħu jipperċepixxu, jifhmu, jinnavigaw u jinteraġixxu bil-Web.
Skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet li ġiet iffirmata mill-Unjoni Ewropea, il-persuni b'diżabilitajiet jinkludu dawk b'disturbi fiżiċi, mentali, intelletwali jew sensorjali fit-tul li waqt interazzjoni ma' diversi fronti jistgħu jillimitaw il-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom f'soċjetà fuq bażi ugwali mal-oħrajn.
L-utenti tal-internet jistgħu jesperjenzaw il-problemi meta jużaw il-web minħabba li tipi differenti ta' diżabilitajiet, limitazzjonijiet funzjonali, fatturi ambjentali jew affarjiet teknoloġiċi:
- Persuni b'diżabilitajiet: viżwali, awditorji, fiżiċi, konjittivi
- Persuni akbar fl-età, litteriżmu limitat, oħrajn
- Limitazzjonijiet teknoloġikament relatatai jew inkompatibilitajiet: brawżers, pjattaformi, tagħmir, webs mobbli
- Fatturi ambjentali: post, dawl, ħoss, konnessjoni baxxa
Sors: Kummissjoni Ewropea – Gwida ta' Fornituri ta' Informzzjoni
Għal raġunijiet tekniċi l-paġni li ġejjin mhumiex konformi ma' WCAG 2.0:
- Paġni li fihom il-vidjows
- Formoli onlajn